Modi kif tieħu ħsieb il-friġġ tiegħek isservik għal ħafna snin

 Modi kif tieħu ħsieb il-friġġ tiegħek isservik għal ħafna snin

Il-friġġ hija apparat importanti ħafna fil-kċina ta’ kull dar, dan hekk kif tgħinna nżommu l-ikel konservat għal aktar żmien. Tinduna kemm tiswa’ aktar meta jinqata’ d-dawl jew tieqaf taħdem u tibda tgħid: “issa x’se nagħmel??” F’dan l-artiklu se ngħidulkom ftit affarijiet ta’ kif tieħdu ħsieb il-friġġ tagħkom sabiex isservikom għal aktar żmien.

  • Meta tixtri l-friġġ tiegħek ara li jittrasportawha wieqfa. Din m’għandhiex titpoġġa mmejla aktar minn 40 grad hekk kif iż-żejt tal-kumpressur jista’ joħroġ u jwassal sabiex joħloq dannu fis-sistema kollha.
  • Qabel ma tixgħel il-friġġ għall-ewwel darba agħti ċans ta’ sitt sigħat. Jekk taf li l-friġġ kienet immejla għal aktar minn 40 grad fil-proċess tat-trasport, ixgħelha biss wara 15-il siegħa.
  • Jekk għandek ikel jaħraq, qabel ma ddaħħlu fil-friġġ, ħallieh jiksaħ ftit. 
  • Dawk ġodda, m’għandhomx bżonn jitnaddfu mis-silġ darbtejn fis-sena. Madanakollu huwa rakkomandat li l-friġġ titnaddaf kompletament minn żmien għal żmien. Qabel ma tnaddafha, ara li titfiha kompletament. 
  • Il-parti ta’ wara tal-friġġ trid titnaddaf ukoll mit-trab kultant żmien. Qabel, iġbor kemm tista’ minn dan it-trab permezz ta’ vacuum cleaner.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com