Modi strambi kif persuni ltaqgħu mal-imħabba ta’ ħajjithom…

 Modi strambi kif persuni ltaqgħu mal-imħabba ta’ ħajjithom…

Meta wieħed jimmaġina kif se jiltaqa’ mal-imħabba ta’ ħajtu, ħafna drabi lanqas jgħaddilu minn moħħu li dan jista’ jsir fl-aktar sitwazzjonijiet strambi ta’ ħajtu! Infatti, ġeneralment, dak li jkun jimmaġina li l-imħabba ta’ ħajtu se jiltaqa’ magħha waqt xi avveniment, f’xi bar jew inkella forsi fuq xi dating app. 

Hawn taħt se ngħidulkom ftit esperjenzi strambi ta’ kif persuni ltaqgħu mal-imħabba ta’ ħajjithom!

  1. Koppja partikolari ltaqgħu waqt party fejn it-tema kienet titlob li ħadd ma jilbes qalziet.
  2. Koppja oħra ltaqgħet waqt li t-tnejn li huma kienu qed jistudjaw il-mediċina, partikolarment f’mument speċifiku meta kienu qed janalizzaw kadavru.
  3. Wieħed iltaqa’ mal-mara tiegħu waqt festival tal-mużika, wara li din intefgħet taqla’ quddiem il-karozza tiegħu.
  4. Ieħor iltaqa’ mat-tfajla tiegħu wara li qala’ daqqa ta’ ponn…mingħand ir-raġel li kienet qed toħroġ miegħu dak iż-żmien.
  5. Mara li kienet taħdem bħala stripper, iltaqgħet mar-raġel tagħha fuq ix-xogħol. Iva, klijent tal-istrip club.
  6. Oħra ltaqgħet mar-raġel tagħha waqt li dan kien qed joħroġ ma’ ħabiba tagħha meta kienu għadhom l-iskola.
  7. Oħra ltaqgħet mal-għarus tagħha wara li bdiet tikri l-appartament li kien għadu kemm ħareġ minnu hu.
  8. Koppja oħra ltaqgħet waqt festin tal-Halloween għall-klieb.
  9. Raġel spiċċa kkonkwista lit-tfajla tiegħu wara li kien fis-sakra f’bar u gidimha…
  10. Ieħor mar jagħti d-demm u spiċċa ħareġ bi tfajla ġdida.

Tafu stejjer strambi ta’ kif iltaqgħu koppji Maltin? Għidulna fil-kummenti!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com