NUMRI INTERESSANTI FL-EURO 2024

 NUMRI INTERESSANTI FL-EURO 2024

Is-17-il edizzjoni tal-Euro 2024 fetħet fl-14 ta’ Ġunju biex bil-mod il-mod tagħlaq xahar wara fl-14 ta’ Lulju. B’kollox se jkun hemm 51 logħba li se jinqasmu hekk: l-ewwel 36 logħba jaraw lil kull tim mill-24 finalista jilgħab kontra t-tliet rivali tiegħu fis-sitt gruppi (A-F) rispettivi. Dawn l-ewwel 36 logħba fetħu fl-14 ta’ Lulju, bl-aħħar waħda sseħħ fis-26 ta’ Ġunju.

Ladarba t-timijiet finalisti huma 24, mela mill-inqas qed nitkellmu dwar 288 plejer differenti, bla ma nieħdu in kunsiderazzjoni l-plejers miżmuma fuq il-bankina u li ntalbu jidħlu jilagħbu minflok oħrajn matul il-partiti differenti. In-numru ta’ referees huwa dak ta’ 18 b’kollox, ġejjin minn 14-il pajjiż differenti: Portugall, Spanja, Italja, Romanija, Slovakkja, Franza, Olanda, Polonja, Turkija, Svezja, Ingilterra, Svizzera, Ġermanja, u Slovenja. Il-logħbiet se jintlagħbu fi stadiums li jinsabu f’10 bliet differenti tal-Ġermanja: Munich, Frankfurt, Dusserdorf, Dortmund, Leipzig, Hamburg, Stuttgart, Cologne, Gelsenkirchen, u Berlin.

L-appassjonati tal-futbol setgħu u għadhom jistgħu jsegwu dawn il-logħbiet fuq it-televiżjoni jintwerew fis-2, fil-5 u fit-8 ta’ filgħaxija.

Isegwi mbagħad ir-Round of 16, fejn jiltaqgħu wiċċ imb wiċċ iż-żewġ tims rebbieħa ta’ kull grupp (A-F). Hawn se naraw 8 logħbiet oħrajn li se jintlagħbu fil-5 jew fit-8 pm. Id-dati huma bejn id-29 ta’ Ġunju u t-2 ta’ Lulju.

Minn dawn is-16 jidħlu fil-kwarti tal-finali t-tmien tims li jkunu rebħu r-Round of 16. Hawn insegwu 4 logħbiet li se jsiru bejn il-5 u s-6 ta’ Lulju, fil-5 u fit-8 pm.

Iż-żewġ logħbiet tas-semi finali se jsiru fid-9 u l-10 ta’ Lulju fit-8 ta’ filgħaxija, mentri l-finali wisq mistennija ssir il-Ħadd, 14 ta’ Lulju fit-8 pm.

Matul dan ix-xahar mimli azzjoni, sorpriżi u stennija għall-appassjonali tal-futbol se jkun hemm 9 ijiem ta’ mistrieħ għall-plejers: 27 u 28 ta’ Ġunju, 3, 4, 7, 8, 11, 12 u 13 ta’ Lulju. F’dawn il-jiem it-timijiet jistrieħu u jerġgħu jakkwistaw saħħithom bejn round u ieħor.

Bħal dejjem, awguri lid-dilettanti tal-futbol u jalla jaħkem il-fair play.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com