Persuna pubblika għandha dritt tiflertja ma’ xi ħadd?
Din toħloq dilemma. Jiddependi kif u x’limitu żżomm. Bil-midja soċjali tant popolari fid-dinja tal-lum, ħafna huma dawk li joqogħdu pass lura minħabba stejjer li jitperċu u jitqiesu bħala skandli.
Madanakollu, persuna pubblika jew le, xorta tibqa’ umana. Ma jfissirx li għax inti persuna u għandek irwol pubbliku, ma tistax tgħix u trid tingħalaq ġo bozza.
Iżda wieħed/ waħda jrid iżomm f’moħħu l-iskop kemm tiegħu u anke tal-persuna li qed tirċievi mingħandek. Trid tfittex li tgħaraf il-ġenwinità u mhux tkun qed tintuża bi skop li dak li jkun jieħu xi ħaġa minnek u jekk le, javvelik daqs li kieku abbużajt mill-uffiċċju li għandek.
Huwa importanti li tkun ċar u tistaqsi intx iddejjaq lill-persuna l-oħra. M’għandekx tesaġera. Fejn tara li m’hemmx rispons, trid tkun matur u taqta’.
Biss, il-fatt jibqa’ li int għandek drittijiet daqs ħaddieħor kif ukoll, li bħal ħaddieħor trid iżżomm rispett.