Pjazza San Ġorġ se tinbidel f’ċinema waqt il-Mediterranean Film Festival; ara liema films tista’ tara…

 Pjazza San Ġorġ se tinbidel f’ċinema waqt il-Mediterranean Film Festival; ara liema films tista’ tara…

Apparti ammont ta’ Masterclasses illi ser jinżammu matul il-jiem li ġejjin, id-dilettanti tal-films ser ikollhom xalata ta’ films illi jistgħu isegwu. Grazzi għal Mediterrane Film Festival ta’ din is-sena, wieħed jista’ jsegwi ammont ta’ films ta’ ġeneri differenti. Mhux hekk biss, imma wieħed jista’ jmur jara dawn il-films f’teatri/swali differenti, b’uħud ikunu postijiet fejn mhux soltu persuna tmur tara film bħal fil-Kavallier ta’ San Ġakbu jew Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta.

Uħud minn dawn il-films ser ikunu qed jikkompetu ukoll sabiex jirbħu xi unur waqt dan il-festival. Ovvjament ħafna nies jippreferu jsegwu ġeneri jew f’films b’xi lingwa partikolari, imma anke jekk forsi m’aħniex daqshekk familjari mal-lingwa, għandhom is-sottotitli biex napprezzaw it-talenti artistiċi li jwasslu għal prodott finali ta’ kwalità.

Dawn huma wħud (imma mhux biss) mill-films illi ser ikunu qed jieħdu sehem:

Taħt id-direzzjoni ta’ Afef Ben Mahmoud u Khalil Benkirane nistgħu naraw il-film Backstage, film bil-lingwa Għarbija imma għandu s-sottotitli bl-Ingliż. Film ieħor bl-Għarbi huwa l-film Who Do I Belong To tad-direttur Meryam Joobeur, li wkoll għandu s-sottotitli bl-Ingliż. Min-naħa l-oħra, wieħed jista’ jsib ukoll il-film Hayat (li tfisser ħajja bit-Tork).

Insibu wkoll films b’lingwi li m’aħniex forsi daqshekk familjari magħhom bħal Negu Hurbilak (bil-Bask), The Rye Horn (bl-Ispanjol).
Għal dawk in-nies illi jafu tajjeb bit-Taljan jew bil-Franċiż, għandhom ukoll films bħal Hors-Saison jew Palazzina Laf, film ta’ Michele Riondino.

Għal dawk li jippreferu jaraw film bil-lingwa Ingliża, wieħed jista’ jsegwi Tuesday, film maħdum il-Kroazja, taħt id-direzzjoni ta’ Daina O. Pusić jew il-film Kind of Kindness ta’ Yorgos Lanthimos.

Dawn huma biss ftit mill-films illi wieħed jista’ jsegwi matutl il-ġranet li ġejjin. Sabiex tara l-lista tal-films kollha li ser jintwerew, kif ukoll il-post u l-ħin, wieħed jista’ jżur il-paġna  https://vp.eventival.com/mediterrane/2024/film-catalogue?view=compact&search=

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com