Postijiet strambi fejn jistaħbew il-qtates fid-dar…tafu b’oħrajn?

 Postijiet strambi fejn jistaħbew il-qtates fid-dar…tafu b’oħrajn?

Il-qtates huma magħrufin għall-imħabba tagħhom li jistaħbew fl-aktar postijiet strambi madwar id-dar. Ma jfissirx li huma mbeżża’, iżda sempliċiment hija xi ħaġa li jagħmlu istintivament. Jekk inti għandek qattus, probabbilment ġieli għamilt sigħat tfittixhom u ma tkunx tista’ ssibhom imbagħad tarahom f’xi post bħal dawn:

  1. Fil-kexxun – jekk ħallejt xi kexxun miftuħ, kun ċert li l-qattus se ssibu rieqed hemm…ma niħduhiex bi kbira jekk tgħalqu hemm bi żball. 
  2. Taħt is-sodda – jekk taħseb li rridu nfissru li l-qattus joqgħod taħt is-sodda, mal-art, sejjer żbaljat. Hawn min spiċċa sab il-qattus bejn is-saqqu u t-tustiera tas-sodda.
  3. Fil-kaxxa tal-ħwejjeġ għall-ħasil – jekk din hija bla għatu, mela garanzija li l-qattus se jidħol fiha, speċjalment jekk tkun mimlija bil-ħwejjeġ.
  4. Fil-gwardarrobba – jekk kont qed tagħżel x’ħa tilbes hemm ċans li sakemm kont qed tipprova l-ħwejjeġ u tqabbel, il-qattus laħaq daħal fil-gwardarrobba u sab postu f’rokna mudlama.
  5. Fil-bagalji – issib qtates li malli jarawk tiftaħ il-bagalja jiġu jiġru bħal qisek ftaħtilhom xi pakkett treats li jiġġennu għalih.
  6. Fil-banju jew fis-sink – partikolarment meta tibda żżid is-sħana, il-qtates ifittxu postijiet madwar id-dar li jkunu friski.
  7. Fil-kaxxi – għal xi raġuni, il-qtates jiġġennu meta jaraw kaxxa. Irrilevanti d-daqs tagħha, se tarahom jagħmlu minn kollox biex jiddeffsu fiha.
  8. Fuq xi xkaffa – aktar kemm tkun fl-għoli, aktar aħjar.
  9. Ġol-għamara – jekk għandek xi mejda b’xi xkaffa, jew xi heater mingħajr it-tank tal-gass, aħlef li malli jindunaw biha se jagħmluha s-sodda l-ġdida tagħhom.
  10. Fuq il-friġġ – ikunu qishom is-security guard privat tal-kċina tiegħek.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com