Qatt kont taf li tim irnexxielu jirbaħ it-Tazza Ewropea mingħajr ma kkwalifika?
26 ta’ Ġunju 1992, ġewwa l-Iżvezja kienet intlagħbet il-finali tat-Tazza tan-Nazzjonijiet Ewropew. Finali li diġà kienet sorpriża b’tim minnhom fil-finali, aħseb u ara kemm kienet sorpriża li dan it-tim rebaħ din it-tazza. Il-Ġermanja ikkontestaw din il- finali kontra it-tim sorpriża, id-Danimarka
F’dan it-turnament , id-Danimarka ma kienux biss sorpriża għax ma kienux l-aktar tim b’saħħtu fuq il-karta, imma kienu sorpriża għax proprjament lanqas kienu ikkwalifikaw għat-turnew, li dak iż-żmien kien isir biss bejn 8 pajjiżi
Apparti li kien l-aħħar turnew illi sar bejn 8 pajjiżi biss, kienet ukoll l-aħħar darba illi kienu ingħataw 2 punti għal rebħa. Mill-edizzjoni ta’ wara bdew jingħataw 3 punti. L-edizzjoni ta’ l-1992 kienet ukoll l-aħħar edizzjoni qabel ġiet introdotta r-regola tal-back pass
Fil-gruppi ta’ kwalifikazzjoni, id-Danimarka kienu fi Grupp 4, fejn spiċċaw fit-tieni post, wara l-Jugoslavja , li rebħu il-grupp. Ma’ dan kollu, minħabba l-gwerra li kienet faqqgħet fil-Balkani, il-Jugoslavja ġew skwalifikati, u posthom ħaduh id-Daniżi. Id-Daniżi ingħataw il-konferma tal-kwalifikazzjoni fil-31 ta’ Mejju 1992, 10 t’ijiem biss qabel beda dan it-turnew
Fil-finali, id-Daniiżi kienu għelbu lill-Ġermanja bl-iskor ta’ 2-0. Qabel il-finali, ma nistgħux ngħidu li spikkaw għax anki fil-grupp, rebħu waħda, ġew dro oħra u tilfu kontra l-pajjiż ospitu ( u ġirien), l-Iżvezja. Aktar minn hekk, fis-semi filnali rebħu biss bl-għoti tal-penalties kontra l-Olanda
Temmen li l-fortuna tilgħab parti importanti f’kollox?