Qatt m’hu tard wisq biex issib l-imħabba

 Qatt m’hu tard wisq biex issib l-imħabba

L-imħabba ħafna drabi tiġu murija permezz ta’ koppji żgħar. Jekk fuq it-televiżjoni, jew fil-kanzunetti, fuq l-internet u fir-rilkami, dejjem naraw koppja magħmula minn żewġ persuni li l-età tagħhom kważi kważi ma taqbiżx it-30 sena. Madanakollu, ir-realtà hija li l-imħabba tmur lilhinn mill-età, u ħafna stejjer ta’ mħabba fid-dinja reali huma xhieda ta’ dan. Kemm jekk għandek 30, 40, 50, 60…u għaliex le, anke 70 jew 80, l-imħabba tista’ tibqa’ parti eċitanti u trasformattiva fil-ħajja tiegħek.

Għalhekk, aktar kemm nikbru, qatt m’għandna għalfejn inħossuna li għandna ngħalqu qalbna għall-imħabba. Għall-kuntrarju, għandna minflok nilqgħu l-opportunità għal bidu ġdid fi kwalunkwe stadju ta’ ħajjitna. Meta nikbru, nakkumulaw aktar esperjenzi u għerf, li jgħinuna sabiex ir-relazzjonijiet tagħna jkunu aktar b’saħħithom, stabbli u jkun hemm fehim bejn iż-żewġ persuni.

Irridu nifhmu wkoll li s-soċjetà, ħafna drabi se tipprova ġġiegħelek taħseb li hemm xi data ta’ skadenza għal meta wieħed jista’ jsib l-imħabba. Madanakollu, aktar kemm jgħaddi żmien, aktar naraw persuni li qed jisfidaw dawn in-normi soċjali.

Hemm diversi stejjer li għandhom jispirawna u jgħinuna ma naqtgħux qalbna fit-tfitxxija tagħna għall-imħabba. Il-famuża Tuna Turner, per eżempju, iżżewġet fl-età ta’ 73 sena, u hemm mijiet u eluf ta’ persuni normali li sabu l-imħabba meta kibru aktar fl-età.

Hemm bżonn nifhmu darba għal dejjem li t-tfittxija għall-imħabba m’għandhiex età. Hija possibilità preżenti u reali għal kulħadd. Kemm jekk tiltaqa’ ma’ xi ħadd fil-ħajja ta’ kuljum, jekk tiltaqa’ magħhom onlajn jew terġa’ tiltaqa’ ma’ persuna li kont taf ħafna snin ilu, żomm qalbek dejjem miftuħa għal dak kollu li jista’ jiġi. Qatt m’hu tard wisq għall-imħabba.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com