Qatt smajtu bih dan il-glossarju sabiħ Malti?

 Qatt smajtu bih dan il-glossarju sabiħ Malti?

Il-Malti huwa sinjur fil-kliem imma sfortunatament ġieli jew ma nkunux nafu xi jfisser, jew jintesa, jew ma jintużax spiss jew nużawh ħażin.

Dawn huma xi kliem (glossarju) marbut mal-knejjes kif jintuża f’pajjiżna bil-lingwa Maltija:

Attiku: Parti mill-pjanta fis-saqaf tal-binja

Awster: kwiet, kalm jew fil-każ tal-knejjes, nieqes minn ħafna tiżjin jew pompa.

Imbarrat: ħajt jew apertura magħluqa, normalment biex jitwaqqaf aċċess.

Dukkiena: Bank, normalment maqtugħ fil-blat fi knejjes ġo għar, inkella tal-ġebel.

Dittiku: Kwadru, normalment tal-injam, f’żewġ taqsimiet.

Trittiku: Kwadru, normalment tal-injam, fi tliet taqsimiet.

Gradenzina: Mejda jew tavolina viċin l-artal maġġur.

Ġuspatronat: Il-‘Jus’ huwa jedd, pussess li wieħed ikollu ta’ binja, kappella jew titlu.

Emisferika: koppla jew kuppletta baxxa.

Kapitlu: grupp ta’ saċerdoti b’dinjitajiet differenti biex janimaw l-attività liturġika fi knejjes importanti.

Xi ġmiel hux?! Xerrdu l-lingwa Maltija. Wisq sabiħa.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com