Sakemm isaffar ir-referee, il-logħba għadha ma spiċċatx
Qawl Malti jgħid illi t-tiġrija hi sal-barkun. Jiġifieri illi tintrebaħ b’min jasal l-ewwel fid-destinazzjoni finali, u mhux jirbaħ min ikun għamel ħafna ħin fuq quddiem. L-istess jiġri f’ħafna sports, inkluż il-futbol, fejn ir-rebbieħ hu dak it-tim illi jkollu l-aktar gowls skurjati meta jsaffar it-tisfira finali ir-referee. Mhux dak li jkun fil-vantaġġ ħames minuti qabel, lanqas minuta. Għaliex? Għax sat-tisfira finali jista’ jkun hemm tibdil fir-riżultat
U fost il-partiti illi rajna r-riżultat jinbidel fl-aħħar, f’sentejn biss kellna żewġ finali, żewġ finali ta’ mportanza kbira, illi fihom it-trofej bidlet id-destinazzjoni tagħha fil-ħin mogħti żejjed mir-referee.
Is-sena 1999- finali tat-Tazza tac-Champions, finali milgħuba bejn Manchester United u t-tim Ġermaniż ta’ Bayern Munich ġewwa Barcellona. It-tim Ġermaniż mar fil-vantaġġ kmieni fil-partita, u żamm dan il- vantaġġ tista’ tgħid il-partita kollha. Ippreparati sabiex jiċċelebraw, imma meta l-ħin regolamentari kien skada b’minuta, Manchester United ġabu l-iskor indaqs.
Imma dan ma kienx kollox, għax Manchester United irnexxielhom jerġgħu jiskurjaw, u dik li 4 minuti qabel kienet tidher bħala rebħa ċerta għal Bayern, inbidlet u rat lit-tim minn MAnchester jgħolli t-tazza
Sena biss wara, is-sena elfejn, is-sena tal-millenju, fit-Tazza Ewropeja, l-Italja kienet qed tiffaċċja lil Franza, ġewwa Roterdam l-Olanda. Proprjament dan it-turnew sar ġewwa l-Belġju u l-Olanda. L-Italja marru fil-vantaġġ fil-55 minuta, permezz ta’ gowl ta’ Delvecchio. Qabżu d-disgħin minuta, u l-persuni fuq il-bankina Taljana kollha kienu qrib it-touchline, sabiex mat-tisfira finali joħorġu fil-grawnd jiċċelebraw. Il-partitarji ukoll kienu f’dellirju ta’ ferħ
.
Sakemm fl-94 minuta, Franza ġabu d-draw permezz ta’ Wiltord. Il-partita marret għal ħin barrani, u fil-103, Trezeguet skurja il-gowl tad-deheb u iggarantixxa ir-rebħa lil Franza
Dan jurina kemm veru il-partita tispiċċa meta jsaffar ir-referee