Taf li dawn il-players skurjaw fix-xibka tagħhom stess?
IL-ħolma ta’ kull player tal-futbol, żgur illi hi li jiskurja xi gowl f’partita importanti bħal tal-Euro Cup. U żgur li jkun ta’ diżappunt għal dawk il-payers illi jispiċċaw jiskurjaw fil-lasta tagħhom stess. Hi ħaġa li għalkemm mhux sabiħa, hi xi ħaġa li sfortunatament għal dak li jkun, tiġri: kultant għax ballun jaħbat ma’ xi ħadd, kultant f’attentat ta’ clearance u ġieli pass ħażin, jispiċċa fil-lasta ta’ dak li jkun stess
Din tiġri f’kull kompetizzjoni, inkluż fil-Euro Cup. Anzi fl-edizzjoni ta’ tlett snin ilu, u l-edizzjoni li qed issir bħalissa, rajna ammont mhux ħażin ta’ players li għamlu own goal
Minn kemm ilha ssir din il-kompetizzjoni, mill-1960, kellna total ta’ 26 gowl skurjati minn player fix-xibka tat-tim tiegħu stess. Ammont kbir minnhom, kienu skurjati fl-edizzjoni tal 2021, u l-edizzjoni ta’ din is-sena.
Fl-ewwel kompetizzjonikiet ma rajnix own goals, imma fl-edizzjoni tal-1976, kien il-player miċ-Ċekoslovakkja illi wettaq l-ewwel own goal fl-istorja ta’ din il-kompetizzjoni, fis-semi finali kontra l-Olanda.
U kellhom jgħaddu għoxrin sena oħra, biex rajna own goal ieħor meta fil-kompetizzjoni tal-1996, fl-Ingilterra, il-Bulgaru Penev skorja own goal kontra Franza fil-fażi tal-gruppi
L-ammont ta’ own goals f’din il-kompetizzjoni baqgħu jiżdiedu minn kompetizzjoni għal oħra, sakemm fl-2021 kellna disa’ players illi għamlu own goal, waqt illi s’issa, f’din il-kompetizzjoni diġà kellna 6 players sfortunati. S’issa ma kellniex own goal f’xi finali, filwaqt illi l-ebda player ma kien sfortunat aktar minn darba
Il-keeper Pollakk Szczesny kien l-ewwel goal keeper illi wettaq own goal, waqt illi l-Ispanjol Pedri skorja fix-xibka tiegħu stess minn distanza twila ta’ aktar minn 40 metru. Ta’ min isemmi ukoll illi kemm il-Portugal( kontra l-Ġermanja fl-2021) , kif ukoll is-Slovakkja(kontra Spanja fl-2021) skurjaw darbtejn fix-xibka tagħhom stess waqt partita waħda . Minn naħa l-oħra, il-Franċiżi kienu l-aktar li bbenefikaw minn dawn l-own goals (4 darbiet)