Taħseb li wasal iż-żmien li trid tibda tibbukja sabiex titla’ bil-karozza Għawdex?
Xi darba jew oħra kulħadd tela’ ġurnata fil-ġzira t’Għawdex. Hawn min jivvjaġġa aktar spiss minn oħrajn. Min sabiex jitla ’bix-xogħol , min biex iqatta’ ġurnata , min jitla’ weekend, u min biex jirritorna Għawdex wara ġurnata xogħol jew studju f’Malta. Wara vjaġġ saċ-Ċirkewwa, lanqas li jkollok aptit huwa li ssib xi kju u ma tafx fi x’ħin se jmissek.
Veru li l-vapur jagħmel il-vjaġġi tiegħu kważi kull nof siegħa, imma meta ssib kju twil ma tkunx taf liema wieħed se taqbad. Il-ħin li tkun qed tistenna tħossu ħin moħli. L-istess ħaġa meta tivvjaġġa minn Għawdex għal Malta. Il-ħin li tqatta’ fil-kju stajt użajtu biex tqatta’ aktar ħin ‘xi post ta’ divertiment jew id-dar.
Din il-probema tista’ titaffa billi issir sistema ta’ booking. M’hemmx għalfejn isr ibbukjar tal-vapur sħiħ, għaliex tajjeb illi nżommu f’moħħna li jista’ jkollok xi ambulanza jew vann ta’ trasport illi ser iwassal xi pazjenti eljn Malta, jew xi nies li qed jirritornaw lejn Għawdex mill-isptar Mater Dei
Imma li kieku il-booking jista’ isir fuq eżempju 75 fil-mija ta’ kemm jesa’ karozzi l-vapur. Il-kumplament tal-ispazju jista’ jittieħed mill-vetturi li qed jivvjaġġaw b’emerġenza, jew li m’għamlux booking.
B’din is-sistema, persuna tista’ tivvjaġġa bejn il-gżejjer mingħajr il-bżonn illi tagħmel ħinijiet twal tistenna għalxejn.
Veru li mhux dejjem ikun hemm kju, imma f’ċertu ġranet, bħal Ġimgħa, il-Ħadd jew f’xi festa pubblika, dak li jkun jiffrusta ruħu joqgħod f’dawn il-kjuwijiet
Int x’taħseb? Taqbel ma’ sistema ta’ booking?