Timmaġinak fuq bajja bla umbrelel?
Din hija polemika li tqum kull meta jkun riesaq is-sajf. Il-bajjiet tagħna ikun fihom ammont ta’ umbrelel armati, li bilkemm ikun baqa’ spazju fejn tista’ tintefa int. Fl-imgħoddi ( mhux xi ħamsin sena ilu ta), il-mod kif konna nqattgħu ġurnata l-baħar kien ħafna differenti mil-llum
L-umbrelel- Mhux biss in-negozjanti kienu għadhom ma ħadux nofs il-bajjiet bl-umbrelel tagħhom, imma ftit nies kienu jagħżlu illi jġorru umbrella sabiex tilqagħlhom ftit mir-raġġi qawwija tax-xemx. Forsi ir-raġġi UV ma kinux daqshekk qawwija, jew forsi ma kienx hawn biżżejjed għarfien dwar il-ħsara li ssir fuq il-ġilda
Sunblock– Lanqas sunblock ma konna napplikaw. Ovvjament mhux kulħadd, imma daqsxejn ta’ beritta u xi flokk ħafif kienu jkun biżżejjed. Mhux talli ma kienx jintuża sunblock, talli kien hawn min jidlek iż-żejt biex jismar. Imbagħad erħilna nqaxxru l-qoxra minn fuq dahar xulxin
Paddle boat jew Kenura – B’ 50 ċenteżmu jew l-aktar 75 ċenteżmu konna nikru paddle boat, nitilgħu xi kuġini jew ħbieb u nerħulha il-barra. Prezz li konna naffordjaw biex inqattgħu siegħu naqbżu minn fuq din l-opra tal-baħar. Min kien aktar avventuruż kien jikri kenura.
B’naqra ta’ maskra u pajp erħilna ngħoddsu u nilagħbu. Magħhom xi kopp biex intellgħu xi ħuta li wara nerġgħu nixħtuha lura
Ħwienet u gabbana ma kontx issibhom kull żewġ passi. Konna nieħdu xi ħobża biż-żejt tajba magħna, u xi flixkun ruġġata kiesaħ
Mowbajl- le dan ma kienx ikun magħna. Konna ngħaddu l-ħin niddevertu , u mhux inħarsu lejn il-mowbajl. Konna nitkellmu ma’ dawk li mmorru l-baħar magħhom, u mhux ma’ nies li mhux qegħdin hemm
Memorji- dawn konna nżommuhom f’moħħna. Ftit ħadna ritratti, imma xorta nafu li kien żmien sabiħ
X’tiftakar minn dak iż-żmien? Forsi x-xalata tal-festa?