Tobgħod is-sħana? Ħaddem moħħok dan is-sajf!

 Tobgħod is-sħana? Ħaddem moħħok dan is-sajf!

Bla dubju, is-sħana qed inqisu li żdiedet u s-sajf Malti m’għadux ta’ dari. Dan minħabba tibdil fil-klima tant li s-sajf sar iġebbed iżjed u x-xitwa donnha naqset fil-qilla tagħha. Madanakollu, it-temp ma toħodlux kopja. Jingħad spiss, li xorta s-sajf mhux komplut għax biex ikollok ġurnata bix-xita jew imsaħħab ma tridx wisq. L-umdità ma tgħinx anqas. Tidlik u twaħħil u erħielna nitnervżu.

Bla dubju, it-temp ma nistgħux nibdluh aħna fil-mument imma:

  1. evita li toħroġ fl-agħar ħinijiet tal-qilla tax-xemx jiġifieri bejn is-13.00 u l-16.00
  2. jekk għandek ac fil-karozza użah.
  3. iftaħ it-twieqi tad-dar ħalli tgħaddi l-arja.
  4. evita ħafna lbies ta’ ħwejjeġ li jsaħħnu u jekk possibbli, anke qomos li malli tixxarrab bl-għaraq jeħlu miegħek. Xorta tista’ tkun pulit bi ħwejjeġ differenti flok qomos. Biss jiddependi xi tkun l-okkażjoni u x’titlob il-kodiċi ta’ fejn tkun sejjer.
  5. neħħi t-twapet mill-kmamar.
  6. Inħasel darbtejn tal-inqas.
  7. ixrob ħafna ilma.
  8. evita ikel sħun bħal sopop u te u kafè.
  9. qassam il-ħin sew ħalli ma tkunx ġirja kontra l-ħin u l-Bambin jaf kif issir.
  10. qis li tistrieħ kuljum kif xieraq. Mingħajr din, se timtela iżjed nervi.
  11. għaqqad il-qadi flimkien ħalli toħroġ darba.
  12. evita li ssiefer f’postijiet sħan fis-sajf.

Mill-bqija, ikkalma. Kollox jgħaddi … fis-sjaf ingergru bis-sħana u fix-xitwa, bil-kesħa. M’hemmx x’tagħmel.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com