10 benefiċċji għas-saħħa li jġib miegħu ż-Żumba
Iż-Żumba huwa tip ta’ eżerċizzju li jinkludi kemm eżerċizzji aerobiċi kif ukoll movimenti li ġejjin mit-tip ta’ żfin salsa. Huwa tip ta’ eżerċizzju li jsir fi grupp, li tieħu gost tagħmel u li jġib miegħu ħafna benefiċċji għas-saħħa fosthom titjib fil-burdata, fil-kwalità tal-ħajja, l-immaniġġjar tal-piż u fiż-żieda tas-saħħa.
X’inhuma l-benefiċċji?
- Permezz taż-Żumba, tħaddem il-ġisem kollu.
- Jgħinek taħraq il-kaloriji, tant li jingħad li kull klassi kapaċi twasslek biex taħraq medja ta’ 360 kalorija.
- Jgħin is-saħħa, partikolarment fejn jidħlu l-qalb u l-muskoli, u jnaqqas il-pressjoni fid-demm u r-rata li biha tħabbat il-qalb.
- Itejjeb is-saħħa kardjovaskolari, jiġifieri jgħinek tilħaq it-taħbit tal-qalb ideali u l-livell ta’ ossiġnu fil-ġisem.
- Inaqqas l-ipertensjoni meta wieħed jagħmel dan it-tip ta’ eżerċizzju b’mod konsistenti matul 12-il ġimgħa.
- Jgħinek sabiex tnaqqas is-severità tal-uġigħ kroniku.
- Itejjeb il-burdata u jnaqqas ir-riskju ta’ dipressjoni.
- Jgħinek ittejjeb l-attenzjoni, il-memorja, u attivitajiet konjittivi oħrajn.
- Jgħinek fejn tidħol is-saħħa metabolika.
- Minħabba li l-klassijiet isiru fi gruppi, jgħin ukoll biex ikollok sens akbar ta’ komunità.
Iżda ż-Żumba mhux tajba għal kulħadd…
Individwi b’kundizzjonijiet li jillimitaw il-kapaċitajiet tal-pulmun u l-qalb, li għandhom xi korriment, jew inkella li huma tqal għandhom jitolbu l-parir ta’ tabib qabel ma jagħmlu ż-Żumba.