10 pariri jekk se tagħmel eżerċizzju fiżiku fis-sħana
Li tagħmel l-eżerċizzju fis-sħana huwa diffiċli, iżda mhux impossibbli. Hawn taħt se ngħidulkom 10 pariri minn diversi atleti internazzjonali li jgħinuk jekk se tagħmel eżerċizzju fil-ġranet sħan tas-sajf.
- Agħti ċans li ġismek jidra s-sħana – il-ġisem għandu bżonn bejn 10 u 14-il jum biex jadatta għas-sħana. Ibda b’eżerċizzji qosra, b’inqas intensità u żid l-intesità gradwalment.
- Aċċellera l-adattazzjoni ta’ ġismek għas-sħana – tista’ tagħmel dan bili toqgħod barra għal xi ħin fis-sħana meta ma tkunx qed tagħmel eżerċizzju, jew inkella tuża sawna jew xi banju sħun wara xi ġirja.
- Ixrob ta’ spiss – Ixrob sew qabel ma tagħmel kwalunkwe tip ta’ eżerċizzju. Ikkunsidra wkoll xorb apposta għal waqt l-isport meta tkun qed tagħmel eżerċizzju fit-tul.
- Kul ikel frisk, u ixrob kiesaħ – meta tikkonsma ikel u xorb kiesaħ tkun qed tgħin lil ġismek inaqqas it-temperatura.
- Ilbes ħwejjeġ adattati – ħwejjeġ ħfief, bil-komma twila u li ma joqgħodux inkaxxati miegħek jistgħu jipproteġuk mix-xemx u jgħinuk iżżomm frisk. Ilbes ukoll kappell u nuċċali tax-xemx għall-isport.
- Agħżel ħin u post ideali – agħmel eżerċizzju kmieni filgħodu jew tard filgħaxija biex tevita li toqgħod barra fl-eqqel tas-sħana. Agħżel ukoll postijiet li jipprovdulek dell.
- Immodifika l-eżerċizzji tiegħek – għandek tara li l-intesità tal-eżerċizzju li tagħmel tkun immodifikata għas-sajf. Ippermetti lilek innifsek li tieħu pawżi aktar twal.
- Uża s-silġ – żomm is-silġ viċin tiegħek u uża affarijiet bħal ice bandanas u hydration vests biex iżżomm lilek innifsek frisk. Iffriża fliexken tal-ilma u ġorrhom miegħek.
- Oqgħod attent għal mard relatat mas-sħana – oqgħod attent minn sintomi bħal bugħawwieġ, sturdament u dardir. Dawn jistgħu jkunu sinjal ta’ eżawiment ġej mis-sħana. Jekk tħoss dawn is-sintomi, ieqaf u ibred ftit. Jekk tara li ġismek għandu temperatura ogħlja jew tħoss l-istat mentali tiegħek instabbli, tkellem ma’ tabib.
- Kun pożittiv – apprezza li s-sħana hija parti mill-esperjenza tal-eżerċizzji fiżiċi. Iffoka fuq il-madwar tiegħek biex taljena lilek innifsek mill-iskonfort li jista’ joħloq l-eżerċizzju.