10 sinjali li għandek bżonn vaganza illum qabel għada 

 10 sinjali li għandek bżonn vaganza illum qabel għada 

Qed tħoss li wasal iż-żmien li taqta’ ftit mir-rutina ta’ kuljum? Jekk qed tesperjenza xi ftit minn dawn is-sinjali li se nsemmu hawn taħt, probabbilment wasal iż-żmien li torganizza vaganza biex isserraħ moħħok u tirriġenera saħħtek!

  1. Għajja persitenti – bħal meta tħossok għajjien fiżikament u mentalment.
  2. Irritabilità – l-istress jista’ jwasslek biex tħossok aġitat.
  3. Prodattività ridotta – m’għadux jirnexxielek tiffoka u tkun effiċjenti biżżejjed.
  4. Għandek livell ta’ stress għoli – dan jista’ jħalli impatt negattiv kemm fuq is-saħħa mentali u anke fiżika.
  5. Nuqqas ta’ motivazzjoni – partikolarment jekk għaddej minn fażi ta’ burnout.
  6. Tħossok mgħobbi żżejjed – meta jkollok ħafna responsabbiltajiet tiżdied l-ansjetà.
  7. Meta tibda tinjora l-ħajja personali tiegħek – ix-xogħol ma jippermettilekx li tiżviluppa u taħdem fuq ir-relazzjonijiet tiegħek.
  8. Ma tibqa’ tieħu pjaċir b’xejn – tispiċċa kull ħaġa li qabel kienet teċitak, issa ma tissodisfakx għax għandek ħafna stress.
  9. Eżawriment emozzjonali – bħal qisek ma tibqax tħoss emozzjonijiet kawża ta’ livell għoli ta’ stress.
  10. Nuqqas ta’ kura tpersonali – partikolarment għax ma tibqax issib ħin biex tieħu ħsieb tiegħek inniffsek.

Li tmur vaganza toffrilek ħarba neċessarja biex tirriġenera lilek inniffsek u ssaħħaħ il-konnessjoniji tiegħek mal-maħbubin tiegħek. Kemm jekk tmur vaganza l-baħar, tesplora kulturi ġodda jew tfittex avventura differenti, li tieħu pawża mir-rutina ta’ kuljum hija xi ħaġa essenzjali għal kulħadd.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com