6 raġunijiet għaliex il-ġenituri m’għandhomx isawwtu lit-tfal bħala kastig
Iva, nifhmu li jiġu mumenti fejn il-paċenjza li kien mingħalik li kellek titlifha wara li t-tfal jagħmlulek xi kummiedja jew oħra u tkun trid tgħallimhom lezzjoni. Madanakollu s-swat qatt ma tista’ tħares lejh bħala lezzjoni. Dan huwa xi jgħidu psikologi Amerikani…
- Is-swat jista’ jżid l-aggressjoni fit-tfal lejn membri tal-familja, stranġieri u ħbieb.
- Is-swat fuq it-tfal jista’ jwassal għal riskju akbar ta’ problemi ta’ saħħa mentali bħal dipressjoni u ansjetà.
- Huwa konness ma’ prestazzjoni baxxa fl-iskola u fl-eżamijiet.
- Is-swat fuq it-tfal jista’ jżid il-probabbiltà li jabbużaw minn sustanzi meta jsiru adulti.
- Ir-relazzjoni bejn il-ġenituri u t-tfal tista’ tieħu daqqa ta’ ħarta.
- Is-swat huwa wkoll assoċjat ma’ riskju ta’ problemi fis-saħħa fiżika tat-tfal u anke jista’ jikkawża mewt qabel iż-żmien.
Il-psikologi insistew li s-swat mhux tagħlim iżda huwa huwa kastig.