7 affarijiet li għandu jkollok fil-kċina biex jagħmlulek ħajtek faċli…
Nafu li l-ħajja saret dejjem mgħaġġla u allura, fid-dar tagħna, hemm bżonn naraw li jkollna dak kollu li hemm bżonn biex il-ħajja ta’ kuljum tkunilna aktar faċli. Il-kċina hija waħda mill-kmamar li nqattgħu ħafna ħin fihom u allura għandna naraw li tkun attrezzata bl-aktar għamara u apparat ideali possibbli. Hawn taħt, b’kollaborazzjoni ma’ PM Hobby, se nkunu qed insemmulkom seba’ affarijiet li għandu jkollok fil-kċina tiegħek biex jagħmlulek ħajtek aktar faċli.
1. Sink tal-quartz
Meta tinvesti f’sink tal-Quartz, partikolarment dawk tad-ditta Schock, tkun qed tinvesti f’sink b’saħħtu tal-quartz u granit. Dan ifisser li għandek sink reżistenti u faċli biex iżżommu nadif. Infatti, sink ta’ dan it-tip m’għandekx għalfejn tuża kimiċi ħorox biex tnaddfu. Trid sempliċiment ittih mesħa tajba b’biċċa nadifa u ftit sapun tal-platti u jiġi nadif mingħajr inkwiet ta’ xejn. Dawn is-sinkijiet jiġu f’varjeta ta’ forom, b’bowl waħda, waħda u nofs, jew inkella bi tnejn jew drain board. Mingħand PM Hobby, Issibhom ukoll f’varjetà ta’ kuluri, fosthom iswed, abjad jew bronze sabiex imorru ma’ kull stil ta’ kċina.
2. Mixer tap/Vit tal-ilma
Meta tagħżel is-sink ideali għalik, ikun imiss tagħżel il-vit tal-ilma. L-ewwel ħaġa, bla dubju, hija li tqabblu mas-sink li tkun għadek kif għażilt, kemm minħabba l-forma tiegħu kif ukoll minħabba l-kulur. Il-viti tal-ilma ssibhom f’diversi kuluri fosthom bojod, chrome, stainless steel, u anke kulur id-deheb. Il-viti tal-ilma jiġu wkoll f’forom differenti u xi wħud jippermettulek anke taqla’ l-parti ta’ quddiem u tibdilha skond l-eżiġenza tiegħek. Uħud jiġu wkoll b’vit ieħor fejn tkun tista’ tqabbad reverse osmosis.
3. Larder Unit
Il-Larder Unit huwa unit tal-kċina tawwali, dan huwa wieħed mill-aktar oġġetti li llum sirt issib fil-kċejjen tan-nies. Dan hekk kif illum hawn ħafna li għandhom kċina żgħira bi spazju limitat, u b’hekk, probabbilment m’għandhomx pantry fejn jistivaw l-ikel u appart ieħor tal-kċina. Din il-unit tista’ ssibha mingħajr xkaffef biex tinstalla pull out jew tħalliha bl-ixkafef kif hemm bżonn sabiex tgħinek tistiva u torganizza l-kċina tiegħek.
4. Bridge unit over fridge
Huma ħafna dawk li jistaqsu kif se jagħmlu biex ineħħu dak l-ispazju mitluf meta għandek kitchen unit naħa u kitchen unit oħra, bi friġġ fin-nofs. Għalhekk ħafna jmorru għal Bridge Unit ta’ fuq il-friġġ, biex jeliminaw spazju moħli u jżidu aktar spazju fejn jaħżnu fil-kċina, dan hekk kif il-bridge unit huwa fond. Apparti minn hekk bil-bridge unit, il-friġġ tiġi magħquda iktar mad-disinn tal- kċina, ħaġa waħda.
5. Under sink tray
Jekk tinqala’ xi ħsara fil-plumbing ta’ taħt is-sink, l-ilma jibda jqattar u jikawża ħsara fl-injam tal-għamara. Biex tevita l-uġigħ ta’ ras, hija idea tajba li jkollok under sink tray mal-qiegħ tal-bank tal-kċina. It-tray ha jkun qed jilqalek l-ilma u tevita milli żżid il-ħsara. Dan huwa ġeneralment magħmul minn aluminium allura ħsara mhux se jagħmel. Kemm ittih mesħa u addio l-uġigħ ta’ ras.
6. Built in garbage.
Illum nafu kemm hu importanti li nisseperaw l-iskart u fl-istess ħin nafu li bil-ħajja mgħaġġla mhux dejjem nagħmlu dan b’mod effiċjenti. Imma xorta nistgħu nagħmlu dan, filwaqt li nżommu l-kċina pulita u fl-istess ħin nibżaw għall-ambjent. Jekk ma tixtieqx li jkollok landa taż-żibel goffa u fin-nofs, tista’ taħseb għal waħda li tidħol ġol-bank tal-kċina. Dawn jiġu f’qisien u forom differenti u jeżistu wkoll mudelli li joqogħdu fi kxaxen fondi u b’hekk jekk idejquk fuq barra, tista’ taħbihom!
7. Wiċċ tal-kċina postform
Parti essenzjali tal-kċina huwa l-wiċċ, u nafu li meta tiġi biex tagħżel il-wiċċ tkun tixtieq tmur għal xi ħaġa sabiħa u ideali. Postform huwa materjal durabbli, sabiħ u xorta affordabbli. Wiċċ tal-kċina tal-postform u ta’ ditta tajba bħal Getalit, kapaċi jservi għal tul ta’ żmien, u għandu reżistenza tajba kemm ghall-brix u kif ukoll għas-sħana. Dawn l-uċuh tal-kċina jiġu f’disinji ta’ njam, irħam jew anke kuluri sempliċi, b’tessuti varji, fosthom matti jew ileqqu, skond xi stil tixtieq fil-kċina tiegħek.