7 ikliet sani biex tibda l-ġurnata bit-tajjeb
Jekk inti t-tip ta’ persuna li filgħodu taqbeż il-kolazzjon, l-ewwel nett…m’għandekx tagħmel hekk! Il-kolazzjon hija kważi kważi l-aktar ikla importanti tal-ġurnata, li ttik biżżejjed enerġija biex tkun tista’ tgħaddi l-ġurnata. Apparti minn hekk, meta taqbeż ta’ spiss il-kolazzjoni, tkun qed tikkawża nuqqas ta’ nutrijenti għall-ġisem u żżid ir-riskju għal mard tal-qalb, dijabete u kolesterol għoli.
Hawn taħt se ssibu seba’ ikliet jew xarbiet differenti mimlijin karbojdrati, fibri u proteini biex tħossok f’saħħtek!
- Il-kafe u t-te – it-tnejn li huma jipprovdu antiossidanti u komposti li jnaqqsu r-riskju ta’ mard kroniku. Il-kafè jagħtik l-enerġija, filwaqt li t-te huwa ta’ support għas-sistema immunitarja u jnaqqas ir-riskju ta’ mard.
- Frott (banana, frott tal-bosk, grapefruit u kiwi) – Il-frott għandu element għoli ta’ vitamini, antiossidanti u fibra tant li jgħinu d-diġestjoni, s-saħħa tal-qalb u jwassluk biex tħossok idratat. Dawn tista’ żżidhom maċ-ċereali, yoghurt, jew inkella waħedhom.
- Prodotti tal-ħalib low-fat (Greek Yoghurt jew alternattivi abbażi veġetali) – Rikki fil-kalċju, proteini u probijotiċi, dan it-tip ta’ ikel jgħin għas-saħħa tal-għadam u d-diġestjoni.
- Il-bajd – bħala sors kbir ta’ proteina u vitamina D, il-bajd iżommuk mimli u jipprovdu nutrijenti essenzjali mingħajr ma jżidu r-riskju ta’ mard tal-qalb.
- Qamħ sħiħ (oatmeal, ħobż whole-wheat u ċereali) – Dan l-ikel huwa mimli bil-fibra u jgħinu fit-tnaqqis tal-kolesterol filwaqt li jżommu bilanċ san ta’ zokkor fid-demm.
- Ġewż, lewż, u żerriegħa (bħal butir tal-lewż u flaxseed) – Dawn jipprovdu proteini, xaħmijiet tajbin u fibra. Il-butir tal-lewż huwa perfett biex tabbinah mal-ħobż tal-qamħ sħiħ, filwaqt li l-flaxseed jista’ jiżdied mal-ismoothies u ċ-ċereali.
- Cranberries u meraq tal-larinġ – il-cranberries jgħinu fid-diġestjoni u s-saħħa tal-qalm, filwaqt li l-meraq tal-larinġ joffri vitamina D u Ċ. It-tnejn tista’ tabbinahom ma’ ikel ieħor biex issaħħaħ in-nutrizzjoni.