Aqta’ l-ħabaq b’dan il-mod biex il-pjanta tkompli tikber

 Aqta’ l-ħabaq b’dan il-mod biex il-pjanta tkompli tikber

Meta taqta’ l-ħabaq bil-mod korrett mhux biss ikollok weraq friski li tista’ tuża fil-platti ta’ kuljum, iżda tkun qed tgħin lill-pjanta sabiex tkompli tikber. Hawn taħt se ssibu gwida ta’ kif għandkom taqtgħu l-ħabaq biex il-pjanta tikber u tgħix fit-tul.

  1. Il-punt ideali li fih taqta’ l-ħabaq huwa meta l-fergħa tagħha tkun twalet biżżejjed u fuq nett tkun żviluppat ukoll il-parti li minnha joħorġu l-fjuri. Meta tara hekk, ifisser li tista’ taqta’ din il-fergħa. 
  2. Meta tiġi biex taqta’ għandek issib punt fejn hemm żewġ pari ta’ weraq ħerġin, wieħed fuq kull naħa u taqta’ eżatt fuqu. 
  3. Aqta’ l-fergħa b’mod ġentili, b’idejk jew b’imqass, għandek toqros il-pjanta u mhux tiġbidha.

U kif iżżomm din il-pjanta ħajja?

  1. Ara li jkollha aċċess għad-dawl dirett tax-xemx.
  2. Saqqiha meta tħoss li l-parti ta’ fuq tal-ħamrija nixfet.
  3. Żomm il-pjanta f’temperatura aktar għolja minn 10 gradi celcius.
  4. Kull 4 jew 6 ġimgħat uża xi fertilizzant biex tgħin il-pjanta tkompli tikber.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com