Ara x’għandek tkun taf qabel tmur tixtri d-drapp għall-purtieri…

 Ara x’għandek tkun taf qabel tmur tixtri d-drapp għall-purtieri…

Jekk wasalt biex tibdel il-purtieri tad-dar tiegħek, jew inkella se tibda tgħix fl-appartament ġdid tiegħek u trid tinstalla l-purtieri, għandek tara li tmur ippreparat bl-informazzjoni kollha.

Mhux l-ewwel darba li jkun hawn min jidħol f’ħanut tad-drapp u jgħid: “Nixtieq nagħmel purtieri għal tieqa normali, xi kemm tiġi?” Sfortunatament f’Malta m’hawnx qies uniku għat-twieqi, allura, għandek tara li qabel ma tmur iġġib stima tipprepara dawn id-dettali:

  1. Ħu l-qisien tal-apertura, il-wisgħa u l-għoli.
  2. Ħu nota ta’ x’hemm fuq, taħt, fil-lemin u x-xellug tal-apertura.
  3. Ħu ritratt tal-apertura miegħek.

B’hekk meta żżur il-ħwienet lokali jkunu jistgħu jagħtuk l-aħjar stima bbażata fuq figuri reali! 

Iffranka fuq il-prezz tal-ħjata…

Jekk ma smajtux s’issa, ta’ MG Home Interiors, propju għax-xahar ta’ Lulju, se jkunu qed joffru l-ħjata b’xejn lil dawk kollha li jixtru d-drapp mingħandhom. Min iżur dan il-ħanut li jinsab f’Ħal Luqa, se jkollu l-opportunità li jgħażel id-drapp ideali għalih mill-għażla vasta li ssib mingħand MG Home Interiors filwaqt li jiffranka fuq l-ispejjeż tal-ħjata.

X’qed tistenna? Mur s’għand MG Home Interiors illum qabel għada!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com