Biex tagħmel tattoo fuq xi partijiet tal-ġisem taf tweġġa’ aktar
It-tattoo: dik illi sa ftit tas-snin ilu kienet taboo, assoċjata ma’ ċertu nies, illum saret moda, issir minn ħafna nies, ta’ kull klassi u ta’ kull sess. Fis-sajf, nibdew naraw ħafna tattoos illi s-soltu jkunu mgħottija bil-ħwejjeġ.
In-nies jagħżlu li jagħmlu tattoo għal diversi raġunijiet, fosthom biex ikunu differenti, għax togħġobom l-arti, biex jimxu mal-moda, jew bħala tifkira ta’ xi ħaġa jew xi ħadd li jgħożżu
Minkejja li l-aktar tattoos li naraw huma fl-idejn, saqajn jew fid-dahar, nistgħu ngħidu illi t-tattoo issir f’kull parti tal-ġisem, inkluż fil-wiċċ, fuq xufftejn minn ġewwa, kif ukoll fuq l-aktar partijiet intimi
Hawn min jgħidlek illi biex tagħmel tattoo twġġa’. Hawn min jgħidlek li tħoss biss bħal grif u mhux veru tweġġa’. Kemm tħoss uġigħ waqt li jkunu qed jagħmlulek tattoo jiddependi mhux biss minn kemm wieħed ikun tolleranti għal uġigħ, imma jiddependi ukoll minn fuq liema biċċa minn ġismek tkun iddeċidejt li tpinġi
Partijiet min ġismek fejn hemm ċertu nervituri hemm possibilita aktar li tħoss l-uġigħ. L-istess nistgħu ngħidu għal dawk il-partijiet li huma qrib xi għadam, u fejn m’hemmx wisq xaħam, Jekk bi ħsibek tagħmel biċċa tpinġija fuq dawn il-partijiet ikkunsidra li se tweġġa’ xi ftit:
• L-għonq, l-ispina jew ġo rasek
• Qafas ta’ sidrek
• Taħt abtek jew fin-naħa ta’ ġewwa tal-biceps
• Mal-minkeb
• Fuq l-istonku
• Irkoppa
• Għaksa jew fuq swaba ta’ saqajk
Jekk int wiħed milli tixtieq tattoo imma m’intix wieħed li tissaporti l-uġigħ, tajjeb li tikkunsidra:
• Sider
• Dahar
• Spalla
• Naħa ta’ barra tal-koxxa