Biex tipparteċipa fl-Olimpjadi m’hemmx eta’

 Biex tipparteċipa fl-Olimpjadi m’hemmx eta’

Ħafna kompetizzjonijiet tal-isport ikunu maqsuma f’kategoriji skont l-eta’ tal-individwu. Normalment fil-kategoriji tal-kbar l-atleta irid ikollu ta’ l-anqas sittax-il sena. Anki fil-kategoriji tat-tfal jew żgħażagħ ikun hemm il-minimu u massimu tal-eta’. Imma l-Olimpjadi huma speċjali, mhux biss għax fih isir diversi sport differenti, imma m’hemmx restrizzjoniet tal-eta’, għalkemm din ir-regola ma tapplikax għal-isport kollu. L-importanti l-kapaċita’

Fl-Olimpjadi li qed isiru bħalissa f’Pariġi, l-iżgħar parteċipata hija iċ-Ċiniża Zheng Haohao, atleta li ser tikkompeti fil-kompetizzjoni tal-Park Skateboarding. Haohao twieldet fil-11 t’Awwissu tal-2012, u allura għad lanqas għalqet it-tnax-il sena. Din it-tifla ilha tippratika dan l-isport għal dan l-aħħar 5 snin

Kien hemm diversi “tfal ” illi kkompetew fl-Olimpjadi. L-iżgħar rebbieħa femminili kienet it-Taljana Luigina Giavotti, illi fl-Olimpjadi tall-1928, f’Amsterdam, irnexxielha tirbaħ midalja tal-fidda fil-ġinnastika bħala parti mit-tim nazzjonali. Ir-rekord tagħha bħala rebbieħa fil-ġinnastika ma jistax jinkiser, għax ir-regolamenti preżenti jgħidu li ġinnasta jrid ikollha minimu ta’ sittax -il sena

Fil-kategorija maskili l-iżgħar rebbieħ ta’ midalja kien il-Greig ta’ għaxar snin Dimitrios Loundras fil-ġinastika. Loundras kien rebaħ il-midalja tal-bronż meta rnexxielu, flimkien mat-tim tiegħu jikseb it-tielet post minn tlett timijiet. Imma midalja Olimpika tibqa’ midalja, irrispettivament kif intrebħet

L-Iżvediż Oscar Swahd mhux biss huwa l-“ixħej” parteċipant, imma għandu rekord ukoll bħala l-ixjeħ rebbieħ ta’ midalja tad-deheb fil-kompetizzjoni tal-isparar. Il-midalja tad-deheb rebaħha fl-1912 meta diġa kellu aktar minn 64 sena, filwaqt li pparteċipa l-aħħar fl-1920, ta’ 72 sena. Huwa ikwalifika ukoll għal kompetizzjoni ta’ erba’ snin wara , imma rtira il-parteċipazzjoni tiegħu.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com