Ċrieki, Innu u midalji

 Ċrieki, Innu u midalji

Ħames ċrieki imdaħħlin f’xulxin, b’ ħames kuluri differenti. Dawn il-ħames ċrieki ( blu, isfar, aħdar, iswed u aħmar) fuq sfond abjad huma dawk li jiffurmaw il-bandiera Olimpika

Il-ħames ċrieki jirrpareżentaw il-kontinenti abitati tad-dinja ( L-Ewropa, L-Asja, L-Afrika, L-Amerika u l-Oceana).
Il-kontinenti huma rrapreżentati minn dawn iċ-ċrieki:
Blu- Ewropa
Isfar- Asja
Iswed – Afrika
Aħdar- Oceana
Aħmar- Amerika

Kull bandiera nazzjonali għandha fiha ta’ lanqas wieħed minn dawn il-kuluri jew mill-background (abjad)
Id-disinn ta’ din il-bandiera sar minn Pierre De Coubertin, fl-1913. De Coubertin mhux biss kien it-tieni President ta’ dan il-kumitat, imma kien ukoll wieħed mill-fundaturi tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali fl-1894. L-ewwel President ta’ dan il-kumitat kien il-Grieg Dematrios Vikelas

L-ewwel dehra taċ-ċrieki fl-Olimpjadi saret fis-sena 1920, fl-Olimpjadi li saru f’Antwerp, il-Belġju. Madankollu, għal għeluq ta’ dawn l-Olimpjadi kellha ssir bandiera oħra għaliex il-bandiera oriġinali ma setgħetx tinstab

L-innu

L-innu Olimpiku jindaqq meta tittella’ il-bandiera Olimpika kien inkiteb mill-kompożitur Grieg Spyros Samaras. Għalkemm kien waqt l-Olimpjadi tal-1896 f’Ateni, li dan l-innu indaqq l-ewwel darba, kien biss fl-1957 li l-Kumitat Olimpiku Internazzjonali iddikjara dan l-innu bħala uffiċċjali

Il-midalji

Sa l-OLimpjadi tal-1912, il-midalji tad-deheb li kienu jintrebħu kienu għadhom ikunu magħmlula minn deheb propja. Mill-edizzjoni ta’ wara, kemm il-midalja tal-fidda, u kemm tad-deheb bdew ikunu magħmula minn fidda, bil-midalja tad-deheb tingħata kisja b’sitt grammi deheb

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com