Dak ġisem! X’tippreferi bħala malja: boxer jew briefs?
Issa li qegħdin fl-aqwa tal-istaġun tas-sajf huwa importanti li jkollna malja komda u fl-istess ħin li tkun tixirqilna. Mistoqsija importanti hija din: x’se nagħżlu, malja boxer jew waħda briefs? Dan jiddependi ħafna mit-tip ta’ ġisem li jkollna.
Il-malja boxer-shorts hija l-aħjar għażla li taf isserraħ l-imħuħ. F’dan il-każ wieħed jista’ jagħżel bejn tulijiet differenti: jekk ikollok ġisem ittownjat sewwa allura tista’ tagħżel malja li tasal sa nofs il-koxxa jew issikkata (bħal taċ-ċiklisti). Niftakru li l-malja boxer li tasal sal-irkoppa hija mudell klassiku, imma jekk tkun twila jew wiesgħa żżejjed taf tqassar is-saqajn jekk ma tkunx ta’ statura twila ħafna.
Anki l-għażla tal-kulur tal-malja hu importanti. Hawn trid toqgħod attent għal-lewn tal-ġilda. Jekk għandek ġilda bajda ħafna allura evita malji ta’ lewn iswed jew skur ħafna jew kuluri pastell. Min-naħa l-oħra min ikollu ġildu iktar skura jista’ jagħżel bejn malji ta’ kulur skur jew anki b’taħlita ta’ lwien iktar ċari. Il-vantaġġ tal-malji bermuda hu dak li jistgħu jintużaw bħala shorts u tista’ anki tilbes t-shirt magħhom.
Hemm imbagħad il-malja slip jew stil briefs. Din tmur tajjeb ħafna ma’ min iħobb jgħum u għandu ġisem irqiq u mżejjen minn six pack sabiħ. Il-kostum mini jeħtieġ ġisem muskoluż, nieqes mix-xaħam u jintlibes tajjeb ħafna minn min iħobb sun tan tajba u huwa iqsar minn metru u sebgħin ċentimetru ladarba jagħti iktar sens ta’ enerġija lill-figura. F’dan il-każ wieħed irid joqgħod attent għall-figura: dak ir-robbu laħam li jista’ jaħrab minn fuq il-lastku tal-malja mhu xejn attraenti u interessanti! Hawn tista’ tagħżel varjetà ta’ kuluri, imma attenzjoni biss għal malja lewn abjad!
Hemm imbagħad it-tielet alternattiva għal dawk li huma avventurużi u anki indeċiżi fl-għażla bejn malja boxer jew briefs. Hemm malji boxer li permezz ta’ inforra ġewwiena u żewġ buttuni jistgħu jinbidlu malajr fi briefs. F’dan il-każ wieħed isib mudelli fit u b’għażla varjata t’ilwien li jistgħu jogħġbu għadd kbir ta’ individwi b’gosti differenti.
Inti x’malja se tilbes das-sajf?