Dawn huma l-films ġodda tad-Disney li se joħorġu sal-aħħar ta’ din is-sena
Inti fan tad-Disney? Mela ieqaf ftit hawn għax se nkunu qed ngħidulkom eżatt x’films għandna nistennew li joħorġu din is-sena mid-ditti kollha ta’ Walt Disney Studios. Dan ifisser li se ngħatu titwila lejn il-films li se jkunu qed joħorġu ta’ Marvel, Pixar u Walt Disney Animation.
S’issa f’Mejju li għadda ħareġ il-film Kingdom of the Planet of the Apes, filwaqt li f’Ġunju ħarġu Inside Out 2 u Kinds of Kindness.
Allura, x’imiss fix-xhur li ġejjin?
Deadpool & Wolverine, li se jkun qed joħroġ fi-26 ta’ Lulju.
Alien: Romulus, li se jkun qed joħroġ fis-16 t’Awwissu.
Moana 2, li se jkun qed joħroġ fis-27 ta’ Novembru.
Mufasa: The Lion King, li se jkun qed joħroġ fl-20 ta’ Diċembru.
Aktar films ta’ fama kbira mistennija fis-snin li ġejjin!
Jekk ħsibtu li dak kien kollox, sejrin żball! Infatti Walt Disney Studios għandhom diversi films oħra skedati biex joħorġu fis-snin li ġejjin fosthom Captain America: Brave New World, The Fantastic Four, Toy Story 5, Zootopia 2, Snow White u Avatar 3 fost oħrajn!