Dawn id-delitti tas-seklu dsatax kienu kexkxu pajjiż
Kull delitt huwa ikrah, ikun min ikun il-vittma, isir meta jsir u jkunu xi jkunu ċ-ċirkostazi tal-każ. Imma hemm delitti illi tant ikunu koroh illi jibqgħu jissemmew għal ħafna snin. U għal min jaħseb illi d-delitti koroh huma xi ħaġa ta’ żmienna, nistgħu ngħidu illi sejjer imqarraq. Id-delitti ilhom jitwettqu snin twal, u dejjem kien hemm delitti koroh u makabri.
Dawn huma ftit delitti illi ġew imwettqa matul is-seklu dsatax illi kienu kexkxu pajjiż. Uħud minnhom baqgħu jissemmew għal snin sħaħ
1) Katarina Borg – Dan id-delitt smajt bih żgur. Forsi ma tiftakarx l-isem tal-vittma, imma żgur smajt b’Peppi tat-tuttu. Katarina kienet taħdem bħala qaddejja mal-familja sinjura ta’ awrenz Demartino ġewwa dar kbira fil-Furjana. F’Lulju tal- 1862, Katarina inqatlet waqt serqa meta grupp ta’ nies daħlu biex jisirqu lis-Sur Demartino. Fid-dar kien hemm ukoll i-tifel tas-Sinjuri Deamrtino. Dan it-tifel, minkejja li kien għadu żgħir kien identifika lil Peppi tat-tuttu (il-kuċċier) bħala wieħed minn dawk li serqu u temmew ħajjet Katarina Borg
2) Wenzu Bonanno – forsi bħad delitt ta’ qablu, mhux l-isem tal-vittma l-aktar li baqa’ magħruf, imma dak li ġara wara. Bonanno kien instab mejjet fil-baħar f’Novembru tal-1888. Mill-investigazzjoni kien ġie konkluż illi Bonanno kien waqa’ l-baħar u għereq. Imma snin wara, xi priġunieri kien allegaw illi dak inhar li miet Bonanno, kienu raw lil Rużar Mizzi il-Lajs jifga u jixħet il-baħar lir-raġel anzjan, Mizzi kien għadda ġuri u ġie kkundannat għall-mewt. Hu baqa’ jiċħad illi kien hu li wettaq dan il-qtil
3) Vittorja Vella – It-tfajla ta’ sittax -il sena inqatlet fil-Mosta waqt argument fis-sena 1867. Li kien kexkex il-pajjiż ma kienx biss illi tfajla fl-aħjar tagħha inqatlet, imma li kien tifel ta’ tlettax -il sena ( Ġiżeppi Sammut) illi kien spara u qatel lil Vella. It-tifel kien ġie kkundannat għal għoxrin sena ħabs ta’ dan id-delitt
4) Duminka Pace – Dan id-deltt ukoll kien kexkex il-pajjiż. Mhuxbiss għaliex tfajla oħra żagħżugħa kienet inqatlet, imma għax kienet inqatlet wara li ġiet stuprata. Akar minn hekk, il-katavru tagħha kien intefa’ ġewwa bir. Iż-żgħażugħ Ċiku Schembri kien instab ħati ta’ dan id-delitt u ġie kkundannat għal għomru l-ħabs
5) Kuntistabbli Serafin Zammit u Kuntistabbli Feliċ Dalli – Dawn iż-żewġ membri tal-korp inqatlu f’żewġ każijiet differenti fis-sena 1860. Iż-ġewġ pulizja inqatlu waqt li kienu qed isegwu persuni illi ġew innutati li kienu involuti f’serqa