Dawn il-kotba Maltin , kienu nħadmu bħala teleserje
Minkejja li storja tibqa’ storja, hemm differenza bejn li wieħed jikteb rumanz u jikteb skript għall-palk jew għat-televiżjoni. Ħafna drabi skript għat-televiżjoni jew ċinema jinkiteb speċifikamnet għal dak l-iskop. Imma mhux l-ewwel darba illi xi awtur jikteb rumanz jew ktieb komiku, u wara jiġi addatat sabiex jinħadem bħala film jew teleserje. Dan ġrat barra minn Malta diversi drabi. F’pajjiżna ukoll kellna kotba, l-aktar rumanzi, illi wara inħadmu bħala serje televiżivi
Wieħed mill-kotba li niftakar li nqalbu għat- televiżjoni kien il-ktieb ” Ġirien: miktub minn Alfred Sacco, li wara kien inħadem u ntwera fuq l-istazzjon nazzjonali. Ma tiftakrux? U żgur, għax it-teleserje kien jisimha Triq Waħda, li kienet popolari ħafna, b’atturi mill-aqwa lura fis-snin disgħin
Oliver Friggieri kiteb ħafna rumanzi, u fost dawn kiteb It-tfal jiġu bil-vapuri u La jibnazza niġi lura. Magħhom, nistgħu inżidu ir-rumanz Dik id-dgħajsa f’nofs il-port, illi inkiteb wara, Kollha nħadmu wara li ġew addattati għat -televiżjoni. Il-partijiet prinċipali kienu nħadmu mill-bravi Mario Micallef u Moira Muscat. Ħaġa li wieħed jista’ jinnota illi ftit hemm varjazzjoni bejn dak li hemm miktub fir-rumanzi u dak li deher fis-serje televiżiva
Ir-rumanz ta’ Mark Camilleri, Prima Facie inħareġ bħala ktieb fl-2010. L-ewwel rumanz minn sensiela ta’ erbgħa dwar l-Ispettur Victor Gallo. L-istorja ta’ dan il-ktieb kienet ġiet addatta u nħadmet bħala serje li ntweriet fuq One TV ftit tas-snin wara.
Ir-rumanz Grammi kien ippublikat għal-ewwel darba fl-2001. Miktub minn Gino Lombardi, Grammi kien intwera bħala serje televiżiva fuq Net TV fl-2015. Storja dwar traffikar ta’ droga u mimlija intriċċi. Ma’ dan nistgħu inżidu ukoll ir-ruman Riħ isfel illi ukoll kien intwera fuq Net TV, rumanz ta’ Pierre Mejlak
Dawn huma biss uħud mill-kotba illi wara nħadmu għat-televiżjoni. Tiftakar xi oħrajn. U hemm xi ktieb li tixtieq li l-istorja tiegħu tinħadem għat-televiżjoni jew saħansitra għaċ-ċinema?