Dawn il-players qed jilagħbu fil-Euro Cup, bħal ma kien għamel missierhom

 Dawn il-players qed jilagħbu fil-Euro Cup, bħal ma kien għamel missierhom

Li tara lit-tfal tiegħek jilagħbu f’kompetizzjoni ta’ livell għoli bħal Euro Cup hija ħaġa tassew sabiħa. Imma hija xi ħaġa speċjali meta tara t-tifel tegħek qed jikkompeti fl-istess tazza, bħala rappreżentant ta’ pajjiżu bħal ma kont int snin qabel hija xi ħaġa straordinarja

Fil-passat rajna diversi ġenituri li kienu players tan-nazzjonal huma stess, u kellhom ix-xorti li jaraw lil uliedhom isegwu l-passi tagħhom. F’din il-kompetizzjoni tal-Euro Cup rajna 6 players jikkompetu f’isem pajjiżhom, l-istes kif kien għamel missiehom snin qabel

Il-goalkeeper Daniż Peter Schmeichel kien il-goalkeeper illi ddefenda l-lasti Daniżi fl-edizzjoni tal-1992, is-sena illi d-Daniżi kienu ġew inkurunati bħala rebbieħa ta’ din il-kompetizzjoni. Ibnu Kasper ukoll qiegħed jirrapreżenta lid-Danimarka, u bħal missieru huwa ukoll huwa l-persuna illi qed jiddefendi l-last Daniżi

Federico Chiesa huwa player Taljan illi qiegħed jilgħab f’din il-kompetizzjoni. Federico irnexxielu jirbaħ din it-tazza fl-edizzjoni illi għaddiet. Missieru Enrico ukoll kien irrapreżenta lill-Italja fil-Euro Cup tas-sena 1996.

Dirk Blind iddebutta mat-tim nazzjoanli Olandiż fis-sena 1986, madankollu ma kienx parti mit-tim rebbieħ tal-1988. Imma huwa irnexxielu jikseb postu u jilgħab fi-Euro Cup tal-1992. Minn naħa tiegħu, ibnu Daley għadu jittama illi f’din it-tieni darba li qed jieħu sehem fil-Euro Cup, jikseb is-suċċess illi tilef missieru

L-ex player ta’ Parma , Monaco, Juventus u Barcelona Lilian Thuram irrapreżenta lil Franza f’diversi turnew fosthom il-Euro Cup, għal 4 darbiet, u kien fit-tim rebbieħ tas-sena 2000. Ibnu Marcus, membru tat-tim nazzjonali Franċiż jittama illi bħal missieru jkun parti minn tim rebbieħ

L-istilla Rumen Gheorghe Hagi kien pedament tat-tim nazzjonali Rumen f’din il-kompetizzjoni 3 darbiet: fl-1984, 1996 u sena 2000. Minkejja li qatt ma rnexxielu jirbaħ unur fuq livell intenazzjonali, Gheorghe Hagi dejjem kien strumentali sabiex ir-Rumeni javvanzaw kemm jistgħu. Dan l-irwol illum għadda għand ibni Ianis, fejn jittama illi huwa ukoll isir idolu bħal missieru

Sergio Conceicao lagħab 56 darba għal Portugal, fosthom fil-Euro Cup tas-sena 2000. It-tifel tiegħu Francisco huwa parti mit-tim nazzjonali ta’ din is-sena, u żgur li x-xewqa ta’ Sergio hi li Francisco jasal aktar mill-wasal hu

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com