Ejja nitkellmu dwar xi ħaġa interessanti u tassew importanti— Cartoons bil-Malti!
Ejja nitkellmu dwar xi ħaġa interessanti u tassew importanti— Cartoons bil-Malti!
L-ewwel nett, il-cartoons huma divertenti, ikkuluriti, edukattivi, kif ukoll mimlijin avventuri. Issa, immaġina kieku dawn l-avventuri kienu bil-Malti. Li tara l-karattri favoriti tiegħek jitkellmu bil-lingwa tagħna stess hija xi ħaġa sabiħa. Qisu doża ta’ maġija Maltija kuljum fil-kamra tiegħek!
It-tfal jitgħallmu ħafna mill-cartoons, mhux biss kliem ġdid iżda wkoll lezzjonijiet tal-ħajja. Kieku kellna aktar cartoons bil-Malti, it-tfal jaqbdu l-lingwa mingħajr ma jindunaw. Kieku jitgħallmu dwar it-tradizzjonijiet tagħna, il-kliem umoristiċi tagħna, u l-mod uniku ta’ ħajja tagħna filwaqt li jieħdu gost.
Barra minn hekk, ma ninsewx it-talent lokali. Aktar cartoons Maltin ifissru aktar impjiegi għall-artisti, kittieba u atturi tal-vuċi mill-aqwa tagħna. It’s a win-win situation kif jgħidu bl-Ingliż.
Aħseb dwarha—tara cartoons li juru eroj Maltin, stejjer mill-folklor tagħna, u postijiet ta’ storja u komunitarji. Qisu naraw il-ħajja tagħna ta’ kuljum iżda b’tidwira ta’ maġija u avventura. Xi ħaġa li kieku tagħmilna kburin bl-għeruq tagħna u jgħinna nibqgħu konnessi mal-kultura wkoll.
Mela, ejja nifirħu għal aktar cartoons Maltin bħal Karamellu! Huma mhux biss dwar il-gost (għalkemm dik hija parti kbira); iżda li nżommu l-lingwa tagħna ħajja. Aktar cartoons Maltin ifissru aktar divertiment, aktar tagħlim, u sens aktar b’saħħtu ta’ min aħna.