Emerġenza medika waqt filming ta’ dokumentarju
Meta Celine Dion aċċettat li jsir id-dokumentarju I am: Celine Dion, ma imponiet l-ebda restrizzjoni. Ix-xogħol huwa kwadru intimu tal-ħajja preżenti tal-kantanta.
B’xorti ħażina, hi tbati minn kundizzjoni newroloġika magħrufa bħala stiff person syndrome. Din tikkawża l-muskoli li jibbiesu maż-żmien u spażmi tal-muskoli qawwijin.
Id-direttriċi tad-dokumentarju, Irene Taylor, qalet li meta tkellmet ma’ Dion fil-bidu ma qaltilhiex li kienet marida. Wara il-manager tal-kantanta għarraf lid-direttriċi li kienet marida.
Taylor mill-ewwel indunat li Dion ma kinitx bħas-soltu meta beda l-filming. Minkejja n-nuqqas ta’ restrizzjonijiet, Taylor kienet delikata u dinjituża f’xogħolha; għalhekk, meta kienet tħoss li kien hemm tensjoni jew skumdità, kienet twarrab. Kellha aċċess għal kollox, imma ma abbużatx il-fiduċja ta’ Dion.
Waqt filming ta’ sessjoni ta’ fiżjoterapija Dion bdiet tibbies u nstemgħet twaħwaħ bl-uġigħ, imbagħad waqfet. Għall-bidu, Taylor ma bdietx tismagħha u taraha tieħu nifs. It-terapista sejjaħ għall-għajnuna tal-bodyguard tagħha; kienu mħarrġin biex jieħdu ħsiebha waqt kriżi medika bħal din.
Il-vidjografu kompla jiffilmja waqt l-emerġenza. Hemm kważi żewġ minuti li fihom wiċċ Dion, imqarras bl-uġigħ, jimla l-iscreen. Taylor tal-fehma din ix-xena tgħin lill-kantanta tinftiehem aħjar u xtaqet lin-nies jaħsbu fuqhom infushom.
Meta Taylor lestiet il-film biex turih lil Celine Dion, hi ħasbet li l-kantanta se topponi għal xena għal dik. Hi u tara l-film, Dion bdiet tibki imma fl-aħħar qalet li se jgħinha u xtaqet lin-nies jifhmu xi jfisser li tkun fiż-żarbun tagħha. Qaltilha biex ma tibdel xejn u li ma tqassarx ‘dik ix-xena’.
Meta ratu t-tieni darba inkludiet lil uliedha u qagħdet tispjegalhom dak li tgħaddi minnu.