Fatti kurjużi dwar l-Olimpjadi

 Fatti kurjużi dwar l-Olimpjadi

Kif ħafna jafu, nhar il-Ġimgħa li ġej se jibdew l-Olimpjadi ġewwa l-belt Franċiża ta’ Pariġi. L-olimpjadi jiġbdu lejhom miljuni ta’ nies hekk kif mhux biss huma festa ta’ diversi sports differenti, imma huma attivitajiet illi jgħaqqdu diversi nies minn pajjiżi differenti

Apparti l-laqta sportiva l-Olimpjadi iġibu magħhom storja ta’ mijiet ta’ snin, hekk kif l-ewwel olimpjadi imorru lura sa mijiet ta’ snin qabel Kristu u huma mimlija fatti interessanti. Fatti, li mhux bilfors inkunu smajna bihom.

1) Fl-ewwel festivals tal-Olimpjadi, fil-Greċja, l-atleti kienu jikkompetu mingħajr ħwjjeġ. U llum, mhux biss jilbsu l-ħwejjeġ minħabba d-diċenza, imma minħabba s-sigurta u l-isponsors

2) L-ewwel darba li n-nisa tħallew jikkompetu fl-olimpjadi kien fis-sena 1900, f’Pariġi, l-istess belt li fihom se jsiru din is-sena

3) Waqt l-Olimpjadi ta’ Londra tal-2012, kienet l-ewwel darba li l-pajjiżi kollha parteċipanti , kellhom ukoll atleti nisa

4) Waqt il-ġimgħatejn illi damu għaddeja l-olimpjadi ta’ Londra ta- 2012, intużaw aktar minn 160,000 xugaman

5) Il-lingwi uffiċjali tal-olimpjadi huma tnejn: l-Ingliż u l-Franċiż. Magħhom tiżdied il-lingwa tal-belt ospita

6) L-attur Johann Peter Weißmüller, illi ħadem il-parti ta’ Tarzan fi tnax-il film rebaħ ħames midalji tad-deheb bħala għawwiem fl-olimpjadi

7) It-tug of war, li min jaf kemm lgħabniha, kienet parti mill-olimpjadi

8) Għal edizzjoni waħda, kien hemm ukoll l-isparar fuq il-ħamiem

9) Il-kuluri taċ-ċrieki olimpiċi intagħżlu għaliex kull bandiera ta’ kull pajjiż tinkludi wiħed minn dawk is-sitta

10) L-ewwel darba li l-olimpjadi saru fl-Amerika t’isfel, kien f’Rio, fl-2016

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com