Flok toilet paper, fl-imgħoddi kienu jużaw affarijiet differenti
B’mod naturali, kulħadd ikollu bżonn imur it-toilet, daqqa biex inbattlu l-bużżieqa tal-urina, u daqqa biex inbattlu l-musrana. Ovvjament wara li bniedem jagħmel ” xogħlu”, ikun irid jitnaddaf. Fiż-żmien ta’ llum in-nies jużaw jew toilet paper jew ilaħalħu fejn għandhom bżonn bl-użu tad-bidet
Imma tul is-snin, il-bniedem uża affarijiet differenti biex inaddaf il-warrani. Mhux kollha smajna bihom, u meta narawhom, probabbli nistaqsu kif kien jirnexxielu.
– Sponża imwaħħla ma’ stikka. Fi żmien it-Rumani, din l-isponża kienet tintuża anki f’toilets pubbliċi. Wara li tintuża kienet titnaddaf bil-ħall jew bil-melħ, u terġa tintuża. Nies sinjuri kien ikollhom il-vantaġġ illi jkollhom l-isponża personali tagħhom
– Ġebel Il-ġebel kien jintuża l-aktar fi żmien il-Griegi. Il-Griegi mhux talli kienu jużaw dawn il-ġebel imsejjħa pessoi biex jimsħu l-warrani, imma talli kienu jiktbu xi isem, ġeneralment tal-għedewwa tagħhom fuqhom
– Biċċa ċeramika jew fuħħar, imsejjħa Ostraka. Kienu jagħżlu biċċiet t’ forma tonda jew ovali sabiex jużawha għal għan ta’ tindif
– Il-bamboo l-aktar li kien jituża fiċ-Ċina madwar elfejn sena ilu. Mat-tarf kienet titpoġġa biċċa drapp illi wara kienet tinħasel
–Ħabel. Dan kien jintża mill-baħħara u baħrin. It-tarf tal-ħabel kien ikun imdendel għall-ġol baħar, jintuża u jerġa’ jintefa’ lura fl-ilma baħar
– Ħaxix – Il-ħaxix hu meqjus bħala wieħed mill-aħjar oġġetti li kienu jintużaw minflok toilet paper. Artab, u mimli jodju li joqtol il-mikrobi
– Weraq u tiben -Ftit tiben u weraq ukoll kienu biżżejjed biex tnaddaf il-warrani. Kemm titwi u timsaħ
– Gazetti Forsi din mhux daqshekk antika u ġieli smajna li xi anzjani kienu jużaw gazzetta biex jimsħu patatthom. Gazzetti huma rotob u kapaċi jixorbu l-likwidu. Bħal ma aħna nużaw il-mowbajl biex ngħaddu l-ħin sakemm inlestu l-bżonnijiet tagħna, l-antenati kienu jgħaddu l-ħin billi jaqraw l-gazzetta. Imbagħad jużawha għall-imsiħ.
Ikollok tagħżel oġġett minn dawn, liema tagħżel biex tinqeda?