Għalfejn it-tobba jiktbu ikrah
Kull min tiġi quddiemu xi karta miktuba minn xi tabib, jibqa’ impressjonat dwar kif ħaddieħor jirnexxielu jaqra dak li hemm miktub. Sewwa jekk formula, ċertifikat jew riċetta, ħafna drabi huwa diffiċli li min mhux familjari ma’ ċertu kitba jifhem x’hemm miktub
Imma dawn minn dejjem ikunu jiktbu ikrah? Ma naħsibx, għaliex min jaf kieku x’kienet tkun ir-reazzjoni tal-eżaminaturi. Biex inkunu għidna kollox, kultant ma nifmhux dak li hemm miktub, minħabba li t-tobba jużaw ċertu abbreviations mediċi. Eżempju meta jiktbulek kemm -il darba trid tieħu mediċina jiktbu kliem bħal ON, BD u TDS minflok jgħidulek ċar u tond li trid tieħu l-mediċina bil-lejl, jew darbtejn jew tlett darbiet kuljum
Skont studju li sar riċentament ġie nnutat illi waħda mir-raġunijietbgħal-kitba kerha tat-tobba hi li jkollhom wisq x’jagħmlu u allura jkunu għajjenin biex jiffittaw fuq il-kitba. Raġuni oħra hi li ħafna drabi ikollhom jiktbu bl-għaġġla u għalhekk jitilfu xi ftit mill-arti tal-kitba
L-akbar imbarazzament għal xi tabib meta la spiżjar u lanqas hu innifsu ma jirnexxielu jaqra dak li hemm miktub.
Apparti li kitba kerha mit-tobba taf tqajjem in-nervi ta’ min jipprova jaqra, fosthom pazjenti, spiżjara u Nurses, kitba ma tintagħrafx taf twassal għal żbalji li jaf ikollhom konsegwenzi koroh, eżempju kitba ma tingħarafx taf twassal biex jingħataw xi mediċini żbaljati
Apparti mediċini żbaljati, kitba kerha fuq xi nota ta’ riferiment għal xi speċjalista taf toħloq ansjeta. Immaġina li tabib jagħmillek riferta, ma tifhimx kelma u tispiċċa tfittex xi kelma li tixbaħha biex timla l-vojt. Jaf dik il-kelma mhux li ried jikteb it-tabib, u tispiċċa timla moħħok għal xejn
Ftit attenzjoni jew l-użu tat-teknoloġija taf tnaqqas minn dawn l-iżbalji