Għaliex Ronaldo qabiżlu d-dmugħ?
Meta fil-ħin barrani, il-Portugall ingħataw penalty, ħafna ħasbu li la darba ser itih Ronaldo, mela l-logħba kienet mirbuħa u mitlufa. Rari li Ronaldo ifalli penalty, speċjalment meta jkun dak deċiżiv għal partita. Imma quddiem Cristiano Ronaldo kien hemm goalkeeper illi bi bravura salva l-penalty tal-Portugiż u żamm ir-riżultat intatt.
Ir-reazzjoni ta’ Ronaldo kienet ta’ dispjaċir u rajna dmugħ ħiereġ minn għajnejh. Bħal ma jiġri lilna lkoll meta jkollna diżappunt kbir, Cristiano Ronaldo beka. Ilkoll nibku meta ma nilħqux mira. Min jibki fi skiet, u min ma jiddejjaqx iħalli n-nies jaraw l-emozzjonijiet tiegħu
Fil-każ ta’ Ronaldo ma kienx biss penalty fallut minnu li seta’ affettwa lilu biss. Bil-penalty fallut minnu, Cristiano Ronaldo seta’ iddiżappunta l-poplu sħiħ Portugiż, lill-familja kollha tiegħu kif ukoll lil miljuni ta’ fans tiegħu.
Kif qal hu stess, il-football hu mimli emozzjonijiet, u f’ ħin qasir l-emozzjonijiet inbidlu minn diżappunt għal ferħ hekk kif ftit wara skorja l-penalty waqt shootout
Il-kobor ta’ Cristiano Ronaldo jkompli jidher hekk kif flok ħalla diżappunt ikissru, refa’ r-responsabbiltà u mar jagħti penalty ieħor ftit minuti biss wara
Il-players tal-futbol huma umani ukoll. Ifalli huma ukoll jkunu diżappuntati. L-aktar diżappunt hu meta l-penalty fallut jaffettwa xi rebħ ta’ trofew importanti.
Players kbar fallew penalties deċiżivi. Niftakru lil Roberto Baggio u Franco Baresi li fallew penalty fil-finali ta’ World Cup. U tiftakru lil Trezeguet, illi kien l-uniku wieħed li falla penalty waqt il- finali tat-Tazza tad-dinja tal-2006
Xutt minn ħdax -il metru jidher faċli biex jiġi skurjat. Imma mhux! Player ikun mimli tensjoni , bil-partitarji kollha jistennew li ma tiżbaljax. Imma apparti t-tensjoni ikun hemm il-fatt illi fuq naħa l-oħra ikun hemm ukoll goalkeeper, illi jagħmel minn kollox biex isalva x-xutt
Kif tħossok kieku jkollok il-piż ta’ suċċess ta’ pajjiż kollu fuqek?