Għandek problema ta’ gass?
Teħles mill-arja ħażina, tboss, flatulenza… Dawn kollha jirreferu għal meta s-sistema diġestiva teħles mill-arja kif ngħidu “minn wara”. Ħafna drabi li nagħmlu dan huwa kompletament normali. Bosta minna neħilsu mill-gass mill-inqas 14-il darba kuljum, hemm min inqas u hemm min iktar.
Dan il-proċess jiddependi fuq it-tip ta’ dieta tagħna, il-mediċini li nieħdu, u ħwejjeġ oħra. Imma f’ħafna persuni l-ħtieġa li jeħilsu mill-gass f’żaqqhom tikber iktar kemm javvanzaw fl-età. Hemm min jgħid li dan iseħħ minħabba li l-metaboliżmu tiegħek jibda jegħja u għalhekk l-ikel li tiekol idum iktar fis-sistema diġestiva u dan joħloq iktar gass. Iktar ma nikbru l-istonku tagħna jagħmel inqas minn dak l-aċtu li jgħinna niddiġerixxu tajjeb l-ikel. Is-sistema diġestiva hija magħmula minn muskoli u dawn jitilfu mis-saħħa tagħhom iktar ma nikbru u għalhekk jisslowjaw is-sistema diġestiva.
Raġunijiet oħra jistgħu jkunu dawn:
- nuqqas ta’ enżimi diġestivi li jgħinuna biex niddiġerixxu prodotti magħmula mill-ħalib;
- ċerti mediċini joħolqu fina stitikezza jew iġagħluna nħossuna minfuħin minn ġewwa.
Xi suġġerimenti li jistgħu jgħinuna kontra l-ħtieġa li neħilsu mill-gass f’ġisimna huma dawn:
- ixrob biżżejjed ilma, mela żomm lilek innifsek idratat, u dan jgħinek biex tevita l-istitikezza;
- eżerċita ruħek regolarment, mill-inqas 30 minuta tlieta jew erba’ darbiet fil-ġimgħa, sabiex tgħin l-affarijiet fis-sistema diġestiva tiegħek jibqgħu jaħdmu;
- evita prodotti magħmula mill-ħalib, anki biex tara jekk sirtx intolleranti għal-lattożju;
- evita ħaxix bħal brokkoli, kaboċċi, asparagu u brussels sprouts;
- staqsi lit-tabib tiegħek dwar mediċini alternattivi li jevitawlek stitikezza u l-bżonn li tgħaddi l-gass;
- evita xarbiet bil-gass bħal ilma sparkling;
- illimita l-ikel fermentat bħal kimchi, kefir u tempeh li jistgħu jikkawżaw il-gass fl-istonku;
- meta tkun qed tiekol omgħod bil-mod, anki billi tgawdi kull gidma;
- it-te tal-minta jew it-tumeric jistgħu jgħinuk tiddiġerixxi b’mod naturali u tnaqqas il-gass fl-istonku;
- evita l-għads u l-fażola, imma anki ċ-chewing gum, ladarba dan tal-aħħar iġagħlek tibla’ iktar arja u b’hekk jikkrealek iktar gass f’żaqqek;
- tikolx bil-ħatfa bħal meta tkun fil-karozza jew waqt li tkun qed timxi.
Inti taqta’ l-arja spiss?
(Sors: wedmd.com)