Ġieli missek il-busufu?
Ġieli missek xi busufu? Jekk ma tiftakarx, mela r-risposta hija le…għax jekk imissek il-busufu, żgur li se tibqa’ tiftakarha!
Il-busufu, jew kif magħruf bl-Ingliż, il-fireworm, huwa dudu tal-baħar li jidher qisu ċentupied, ftit ċatt, tawwali u bħal xewk tal-ħarir ħerġin mal-parti fejn għandu s-saqajn. Dan il-ħarir bħal donnu jagħti dehra vibranti lil dan id-dudu marittimu.
Il-busufu la jattakka u lanqas jigdem lill-bniedem, infatti huwa kreatura li jiekol biss ħxejjex li jikber mal-blat. Madanakollu, il-periklu jinħoloq meta xi ħadd li jħossu eroj jipprova jmissu. Meta wieħed jolqot jew imiss il-ponot tal-ħarir, dawn kapaċi jippenetraw il-ġilda u jinġettaw bħal velenu li joħloq irritazzjoni fil-ġilda, sensazzjoni ta’ ħruq, kif ukoll jista’ joħloq sturdament u dardir. L-effetti jibqgħu jinħassu għal ftit sigħat, madanakollu l-ħruq jista’ jibqa’ jippersisti wkoll għal xi ġranet.
Jekk għal xi raġuni jew oħra messejt ma’ busufu, aqbad it-tape u weħħlu u aqilgħu minn fuq il-parti sabiex tneħħi bħal qisu xewk li jeħel miegħek. Tkellem ma’ tabib jew spiżjar biex jgħidulek xl-aħjar tuża biex tnaqqas l-irritazzjoni u l-uġigħ.