Il-flus kontanti għad hawn bżonnhom?

 Il-flus kontanti għad hawn bżonnhom?

Il-ħlasijiet ta’ ħafna prodotti u servizzi bi flus kontanti naqsu sew. Illum kważi kull ħanut, anki dawk meqjusa bħala żgħar saru jaċċettaw ħlas bil-card, speċjalment bil-Visa. Bil-Visa tista’ tixtri mhux biss minn fuq l-internet, jew tħallas għal xi prodotti/ servizzi online, imma tista’ tixtri minn kull ħanut, tieħu l-fuel, u saħansitra tixtri minn ċertu vending machines

Għal servizzi li kienu jiswew ftit flus mhux ħażin, sa ftit snin ilu konna nużaw ċekk. Illum dan ukoll qed jinqata’, hekk kif ftit jieħdu pjaċir imorru fil-kju jsarrfu ċekk il-bank u jżommu il-cash. Dawn l-affarijiet saru jistgħu jitħallsu permezz ta’ transazzjonijiet bankarji b’revolut jew apps ta’ banek

Ovvjament se tibqa’ ssib min irid jitħallas/ iħallas bi flus kontanti biss. Hemm dawk il-persuni illi m’humiex komdi jużaw it-teknoloġija bħal persuni li ma jafux jużawha. U hemm persuni li għal raġunijiet ovvji ma jkunux iridu li d-dħul tagħhom jidher ma’ xi entita bankarja

Fi studju li sar din is-sena ħareġ illi aktar minn 70 fil-mija tan-nies jippreferu iħallsu bil-cards, filwaqt illi 76 fil-mija jippreferu negozju illi jaċċettaw cards.

Imma qabel tgħid illi anki int tippreferi tħallas bil-card, are jekk taqbilx ma’ 56% tan-nies li qalu li jħossu li meta jħallsu b’card, jonfqu aktar?

AKtar ma jgħaddi ż-żmien, aktar se tonqos il-ġenerazzjoni ta’ nies li jippreferu l-kontanti, u xi darba il-flus kontanti jiġu kważi eliminati. Tgħid meta se jkun dan iż-żmien?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com