Il-ħmar il-lejl…x’jikkawżah?

 Il-ħmar il-lejl…x’jikkawżah?

Il-ħmar il-lejl jiġri meta persuna taġixxi daqs li kieku mqajma waqt li tkun rieqda fil-fond. Dan ifisser li waqt li persuna tkun rieqda timxi, titkellem u tagħmel attivitajiet ta’ kuljum. X’jikkawża dan? Hawn min jiġrilu hekk kawża tal-istress, oħrajn minħabba nuqqas ta’ rqad, jew inkella anke kundizzjonijiet mediċi u mediċini. Ħafna drabi, lanqas biss jiftakru li kellhom ħmar il-lejl!

X’jiġri lill-persuna li jagħtiha ħmar il-lejl?

Il-ħmar il-lejl ġeneralment iseħħ fil-fażi fejn il-moviment tal-għajnejn ma jkunx rapidu (NREM), ġeneralment bejn siegħa u sagħtejn wara li dak li jkun jorqod. L-episodju jista’ jdum bejn ħames minuti u 30 minuta. L-attività tal-moħħ tal-persuna tkun bħal qisu ta’ persuna mqajma, minkejja li tkun għadha rieqda.

Kawżi komuni

  • Il-ġenetika u l-medikazzjoni – il-ħmar il-lejl huwa xi ħaġa li ġeneralment tiret ġenetikament. Apparti minn hekk, mediċini bħal Ambien, Lunesta u ċerti pilloli kontro d-dipressjoni u antipsikotiċi jistgħu jwasslu sabiex persuna jkollha ħmar il-lejl.
  • Stress u nuqqas ta’ rqad – livell għoli ta’ stress u nuqqas ta’ rqad huma effetti primarji. Nuqqas ta’ rqad iżid il-frekwenza u l-kumplessità tal-episodji.
  • Kundizzjonijiet tas-saħħa – kundizzjonijiet bħal migranja, obstructive sleep apnia, GERD, Parkinson’s u restless leg syndrome jistgħu jikkontribwixxu għal dan.

Kif tirrikonoxxi u tikkontrolla l-ħmar il-lejl?

Sinjali ta’ ħmar il-lejl jinkludu li persuna tħares lejk mingħajr ma tarak, li dak li jkun jitkellem bla sens, aġir mhux tas-soltu u li wieħed ma jiftakarx x’ġara. Il-ħmar il-lejl jista’ jkun perikoluż minħabba li dak li jkun ma jkunx qed jgħaraf ir-realtà u hemm riskju li dak li jkun iweġġa’.

Jekk taf li inti jew xi ħadd fil-familja tiegħek jgħaddi minn episodji tat-tip, ikkrea ambjent sigur għalihom, ġentilment iggwidahom lura lejn is-sodda u għinhom jindirizzaw il-kundizzjonijiet li jista’ jkun qed iwasslu għal episodji ta’ ħmar il-lejl.

Intant, jekk dak li jkun ikollu episodji frekwenti għandek titkellem ma’ tabib.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com