Il-karozzi elettriċi huma siekta wisq

 Il-karozzi elettriċi huma siekta wisq

Bit-teknoloġija dejjem tavvanza, dejjem qed naraw aktar karozzi illi jużaw teknoloġija avvanzata fit-toroq tagħna. Fost il-karozzi li dejjem qed jiżdiedu insibu dawk il-karozzi elettriċi u dawk hybrid

M’hemmx dubju illi dawn il-karozzi fihom ħafna vantaġġi. Ma jħammġux l-ambjent, ma jaħlux fuel u fuq kollox ma jagħmlux storbju, xi ħaġa li żgur hi apprezzata minn ħafna nies

Imma din li ma jagħmlux storbju qed taffettwa persuni neqsin mid-dawl. F’ diversi pajjiżi, fosthom l-Ingilterra, l-Amerika u l-Awstralja, diversi għaqdiet li jirrappreżentaw persuni neqsin mid-dawl semmgħu l-inkwiet tagħhom dwar dan il-fatt

Ħafna persuni neqsin mid-dawl, jiddependu fuq il-ħoss biex jifhmu aħjar l-ambjent ta’ madwarhom. Bil-ħidma ikunu kapaċi jinterpretaw aħjar is-sitwazzjoni fit-triq, fosthom jekk karozza tkunx waslet viċin. Imma minħabba li l-karozzi elettriċi huma siekta, huwa kważi impossibli li persuna nieqsa mid-dawl tinduna fil-karozza

Fi studju li sar fl-Ingilterra minn Morgan, kien instab illi proporzjonalment kien hemm iktar karozzi elettriċi jew hybrid li laqtu persuna milli karozzi oħra. Biex jagħmlu tajjeb għan nuqqas ta’ ħoss ikkaġunat mill-magna, ċertu pajjiżi fosthom l-Ingilterra, daħħlu liġi sabiex karozzi elettriċi ikollhom noise emitting device.

Għalkemm dejjem irridu noqgħodu attenti meta nsuqu, meta nsuqu karozzi EV/ hybrid għandna noqogħdu attenti għax mhux kulħadd jista’ jinduna li karozza qiegħda qrib. B’ hekk nevitaw xi inċident bla bżonn

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com