Il-partner spiss j/toħroġ mal-ħbieb

 Il-partner spiss j/toħroġ mal-ħbieb

Meta jkunu f’relazzjoni ma’xi ħadd, ħafna nies jagħżlu illi l-ħarġiet ta’ divertiment jagħmluhom mal-partner tagħhom. Ħarġiet f’diskoteki, bars, safar u ikliet regolari jibdew isiru mal-partner u mhux aktar mal-ħbieb. Ma’ dan kollu, kulħadd xi darba jew oħra imur xi ikla ma’ xi kollegi tax-xogħol jew ħbieb antiki

Hawn min jargumenta illi li toħroġ ftit mingħajr il-partner hija ħaġa tajba għar-relazzjoni bejn koppja. Illi persuna tippermetti li l-partner imur ikla ma’ ħbieb hija sinjal ta’ fiduċja, u bħal ma ħafna jafu, mingħajr fiduċja, relazzjoni ma tistax tirnexxi.Hawn min isemmi illi minkejja li tnejn min-nies ikunu ingħaqdu bħala koppja, xorta għandhom dritt għall-indipendenza tagħhom, u allura għandhom dritt illi joħorġu b’mod separat. Waħda mill- affarijiet fundamentali għal kull ħaġa hija l-komunikazzjoni. B’komuinikazzjoni tajba, wieħed jista’ inaqqas l-ansjeta billi ikun jaf jekk dawn il-ħarġiet humiex idejqu lill-partner tagħhom.

Li wieħed ikollu fiduċja fil-partner tiegħu hi ħaġa importanti, imma tajjeb illi niftakru illi dik il-fiduċja m’għandiex tiġi abbużata. Jekk sejjer ħarġa mal-ħbieb, ikun tajjeb illi ma tigdibx mal-partner dwar fejn se tkun u ma’ min se tkun. Apparti dan, wieħed irid ukoll jieħu inkonsiderazzjoni jekk dawn il-ħarġiet isirux ta’ sikwit jew jekk hux qed tippreferi toħroġ mal-ħbieb b’mod regolari flok mal-partner tiegħek

Forsi ħafna nies ma jgħidu xejn meta l-partner tagħhom joħroġ ma’ nies tal-istess sess, imma imbagħad ma jħossuhomx komdi illi l-partner raġel tagħhom joħroġ ma’ nisa oħra (jew viċi versa).

Xi tkun ir-reazzjoni tiegħek meta l-partner jgħidlek li ħiereġ/ ħierġa mingħajrek? Tgerger xi ftit? Tagħmel mistoqsijiet wara? U tgħir xi naqra?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com