Int għandek il-vizzju li tgerrem d-dwiefer?
Kulħadd għandu xi vizzju li jdejqu u li jsibha diffiċli sabiex jeħles minnu. Wieħed minn dawn huwa t-tgerrim tad-dwiefer. Ħafna drabi, persuna ssib ruħha tgerrem id-dwiefer jew f’mument ta’ stress jew f’ċirkustanza fejn ikun qiegħed jiddejjaq. Għalkemm fil-verità li tgerrem id-dwiefer ma fiha xejn ħażin, jista’ jkun li ssir xi ħsara lin-nail bed jew inkella jsir dannu fuq il-ġilda, ikun hemm xi infezzjonijiet jew saħansitra uġigħ.
It-tgerrim tad-dwiefer jista’ jimpatta wkoll l-iġjene orali ta’ individwu. Taħt id-dwiefer ikun hemm mikrobi differenti u allura hekk kif wieħed jibda jgerrem ikun qed ikattar iċ-ċans ta’ infezzjonijiet fil-ħalq u fl-istonku u anke ħsara fis-snien. Fuq livell psikoloġiku, t-tgerrim tad-dwiefer jistgħu jwasslu għal sens ta’ mistħija jew self-esteem baxx partikolarment meta individwu jibda jagħmel hekk fil-pubbliku jew waqt xi okkażjonijiet soċjali.
Tkun idea tajba li min għandu dan il-vizzju jipprova jagħmel ħiltu sabiex jipprova jegħleb sfida simili. Jekk id-dwiefer jinżammu qosra u indaf u jiġu applikati anke xi moisturizers, dejjem ikun qed jitnaqqas iċ-ċans milli l-vizzju jitkompla. Ikun tajjeb ukoll li wieħed jaljena ruħu u fil-mument li jkun qed jaħseb biex igerrem id-dwiefer, jipprova jagħmel xi ħaġa oħra li faċilment tnessih fid-drawwiet ħziena tiegħu.