Is-settur tal-moda: wieħed minn fost l-aktar setturi li jniġġeż l- ambjent?

 Is-settur tal-moda: wieħed minn fost l-aktar setturi li jniġġeż l- ambjent?

Wisq probabbli, ħafna minna forsi lanqas jirrealizzaw kemm is-settur tal-moda jniġġes l-ambjent. Il-mod kif nixtru, it-tip ta’ ħwejjeġ li nużaw u anke dawk li ma nużawx huma wħud mill-fatturi li jidderminaw l-istat tal-ambjent. Fost l-aktar 10 elementi li jniġġsu l-ambjent fid-dinja, l-industrija tal-moda tinsab fit-tielet post. Din tniġġes aktar mill-industrija tal-kostruzzjoni, tat-trasport, tal-produzzjoni tal-plastik u tat-teknoloġija.

It-trend tal- ‘fast mood’

Il-fast mood tirreferi għall-kwantità enormi ta’ ħwejjeġ li jiġu maħluqa u l-ħeffa li biha tiġi mqassma u wżatha. Min joħloq dawn it-tipi ta’ ħwejjeġ ikun irid jitfagħhom għall-bejgħ fl-inqas żmien possibl, jraħħas sew il-prezzijiet u juża sorsi li jinkwinaw filwaqt li jħallas b’paga miżera ħaddiema li għadhom żgħar. Għaldaqstant, il-ħwejjeġ jintremew malajr u l-ħsara fuq l-ambjent dejjem tiżdied.

Ftit mill-impatti li tħalli l-industrija tal-moda

 Tajjeb tkun taf li …

  • 85% tal-ħwejjeġ li jiġu prodotti jispiċċaw mormija.
  • 11% mill-pestiċidji li jintużaw globalment jiġi minn dan is-settur.
  • 1% tal-ħwejjeġ biss jiġu rreċiklati.
  • Il-konsum tal-ħwejjeġ beda jiżdied b’mod sinjifikattiv mis-sena 2000.

Hemm xi soluzzjonijiet?

Fil-verità, mirakli ma jsirux, imma b’perspettiva aktar matura u bil-kontribut ta’ kulħadd, nistgħu ngħinu biex it-tniġġiż f’din l-industrija jitnaqqas. Xi ftit eżempji huma –

  • Xiri ta’ ħwejjeġ magħmula minn materjali naturali bħal ngħidu aħna: qoton, għażel u ħarir. Evita ħwejjeġ sintetiċi.
  • Ara li tixtri ħwejjeġ ta’ kwalità u naqqas mix-xiri żejjed.
  • Naħslu l-ħwejjeġ b’ temperaturi mhux daqstant għolja.
  • Il-ħwejjeġ użati li ma tridx iktar tista’ tagħtihom donazzjoni.

 

U intom, x’taħsbu?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com