Jekk tiekol dan l-ikel kuljum tista’ tnaqqas il-kolesterol…

 Jekk tiekol dan l-ikel kuljum tista’ tnaqqas il-kolesterol…

Studju riċenti qed jissuġġerixxi li meta persuna tiekol inqas minn tazza għazz kuljum tista’ tnaqqas il-livell ta’ kolesterol fid-demm, issaħħaħ ir-rispons taz-zokkor fid-demm, kif ukoll tnaqqas l-infjammazzjoni f’persuni li għandhom riskju għoli ta’ mard metaboliku. L-istudju li kien ippubblikat mill-ġurnal Nutrients, jindika li l-għazz huwa mimli b’fibra fermentabbli, li jista’ jkollha rwol kruċjali fejn tidħol is-saħħa ta’ dawn il-persuni.

Il-parteċipanti ta’ dan l-istudju, li kienu kollha individwi b’riskju għoli ta’ mard metaboliku, ingħataw l-istruzzjoni sabiex jieklu tliet kwarti ta’ tazza għazz kuljum għal 12-il ġimgħa. Ir-riżultati wara dan il-perjodu wrew tnaqqis sinjifikanti ta’ LDL u tnaqqis fit-total ta’ kolesterol, zokkor fid-demm u infjammazzjoni. Dan kompla jikkonferma riċerka li saret qabel li kienet ikkonkludiet li l-għazz għandu propjetajiet nutrittivi li jistgħu jimpattaw is-saħħa metabolika b’mod pożittiv.

Apparti minn hekk, jidher li l-konsum tal-għazz ma wassalx għal problemi gastrointestinali, li ġeneralment huma konnessi ma’ konsum ta’ ikel li għandu livell għoli ta’ fibra. Infatti, il-parteċipanti rrappurtaw biss sintomi ħfief, jew nuqqas ta’ sintomi, li jindika li l-ġisem kien qed jittollera l-għazz mingħajr problemi.

Minkejja li l-għazz huma ċkejknin huma mimlijin nutrijenti, li jagħmilhom valur aġġuntiv għal kull dietà sana. Il-fibra fermentabbli tagħhom tattira l-mikrobi fl-imsaren biex jipproduċu aċidi xaħmija ta’ katina qasira, li jsaħħu s-sensittività għall-insulina u jirrallentaw l-assorbiment taz-zokkor. Apparti minn hekk, l-għazz fih ukoll il-proteini u huwa reżistenti għal-lamtu, li jwasslu sabiex jgħin l-iregolar tal-livell ta’ zokkor fid-demm. Il-fibra solubili li fih l-għazz tgħin ukoll fit-tnaqqis tal-kolesterol billi tillimita l-assorbiment u tippromwovi l-eliminazzjoni.

Apparti minn dan, l-għazz fih ukoll is-saponins u l-polyphenols, li huma magħrufa li jnaqqsu l-kolesterol u li għandhom effetti anti-infjammatorji. 

Bħala ingredjent versatili, l-għazz jista’ jiġi inkorporat faċilment f’diversi platti bħal sopop, stews, insalati u għaġin. Tista’ wkoll tagħmel dip tal-għazz u tieklu bħala snack. 

 

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com