Jitħabbru r-rebbieħa tal-Golden Bee Awards: Mike Leigh u Rita Galea jirbħu l-unuri għall-karriera fil-films
Wara iktar minn ġimgħa ta’ wiri ta’ diversi films, taħditiet u masterclasses għall-pubbliku, ilbieraħ ġew ippreżentati l-Golden Bee Awards f’ċerimonja li saret fil-Forti Manoel u kienet ippreżentata minn David Walliams.
Il-Career Achievement Award ingħata lill-Ingliż Mike Leigh, filwaqt illi l-Maltija Rita Galea ingħatat il-Lifetime Achievement Award.
Il-ġurija ta’ dan il-festival kienet magħmula minn esperti b’ esperjenza twila fil-qasam tal-films u ġejjin minn setturi differenti tal-industrija. Fost il-membri tal-ġurija kien hemm Jon S. Baird, Margery Simkin, Nathan Crowley, Pedro Luque, Richie Mehla, u Tim Miller, flimkien mal-Malti Mario Philip Azzopardi.
Il-ġurija kellha biċċa xogħol diffiċli biex tiġġudika il-ħmistax-il film illi kellhom jikkompetu għall-unuri, li ngħataw f’sebgħa kategoriji differenti.
Għal din iċ-ċerimonja attendew diversi persuni distinti, fosthom il-President Myriam Spiteri Debono, li f’diskors tal-okkażjoni għarfet l-importanza tal-promozzjoni kontinwa jekk vera rridu illi din l-industrija tkompli tiżviluppa.
Johann Grech, Kummissarju Malti tal-Films qal li t-tir tiegħu huwa li jirdoppja l-valur li jġibu l-films fl-ekonomija ta’ Malta, u aktar impjiegi ta’ kwalità għall-poplu Malti. Żied jgħid li l-
investiment, it-titjib tal-ħiliet u l-attrazzjoni ta’ aktar films lejn Malta huma essenzjali għall-futur ta’ din l-industrija.
Wieħed jista’ jaċċessa lista kompluta tar-rebbieħa tal-kompetizzjoni minn fuq il-websajt