Karti magħmulin mid-demel
Spiss meta nirċievu email ikollna miktub sabiex jekk mhemmx bżonn kopja, ma nagħmlux print għaliex il-karti, apparti li jiswew il-flus, ġejjin mis-siġar. Inqas użu ta’ karti, ifisser illi jkun hemm bżonn inqas qtugħ ta’ siġar għall-bżonnijiet tagħna.
Imma xi tgħid jekk ngħidlek illi hawn kumpaniji illi qegħdin jipproduċu karti mingħajr ma jużaw siġar? Dawn il-kumpaniji qed jużaw materja prima differenti sabiex jipproduċu l-karta…. il-ħmieġ tal-iljunfanti. Mhux biss dawn il-karti ma jagħmlux użu minn siġar, imma lanqs jagħmlu użu minn xi kimika
L-idea wara l-kumpanija twieldet fl-Indja meta wieħed mill-aħwa fundaturi mar passiġġata kmieni filgħodu. Waqt il-mixja iltaqa’ ma’ truppa ta’ ljunfanti. F’ħin minnhom, wieħed mill-iljunfanti għamel xogħolu, u dik li għal ħafna kienet tfisser azzjoni sabiex nitilqu l’ bogħod kemm jista’ jkun, għal dan il-ġenju kienet ħaġa li ispiratu biex mill-ħmieġ joħloq il-kumpanija, jaqla’ l-flus u joħroġ b’idea sabiex jipproteġi l-ambjent
Sabiex issr il-karta, id-demel tal -iljunfant (li ma jkunx ftit) jinġabar u jinħasel bl-ilma , filwaqt li jitnixxef. Imbagħad jiġi mgħolli ma’ xi weraq, li jservu bħala diżinfettat, u jiġi mħallat ma’ karta riċiklata. Imbagħad terġa’ titnixxef bħal ma titnixxef il-karta tradizzjonali
U le, il-karta ma tiġix tinxtamm tinten