Kif tagħżel l-aħjar tip ta’ prodotti tal-ġilda għat-tarbija tiegħek?

 Kif tagħżel l-aħjar tip ta’ prodotti tal-ġilda għat-tarbija tiegħek?

Biex tassikura li l-ġilda tat-tarbija tiegħek tibqa’ ratba, b’saħħitha u protetta hemm bżonn tpoġġi ftit ħsieb sabiex issib l-aħjar prodott għall-ġilda tagħhom. Il-ġilda tat-trabi hija estremament delikata u għalhekk aktar suxxettibbli għall-irritazzjoni. B’hekk hemm bżonn prodotti li huma ġentili, sikuri u effettivi. Hawn taħt se nħarsu ftit lejn elementi li għandek tara li jkollhom il-prodotti tal-ġilda għat-tarbija tiegħek.

Ingredjenti naturali

Kemm jista’ jkun, uża prodotti magħmulin minn ingredjenti naturali. Dan ifisser li jkollhom elementi abbażi ta’ pjanti bħal l-avacado. Din tgħin sabiex tipproteġi u tidrata l-ġilda sensittiva tat-tarbija.

Riċerka xjentifika estensiva

Għandek tara li l-prodott li tixtri huwa kkreat abbażi ta’ riċerka xjentifika u dermatoloġika dettaljata. Dan ifisser li min ħoloq il-prodott għamel ir-riċerka neċessarja biex il-prodott tiegħu ikun sikur u jaqdi l-bżonnijiet tal-ġilda tat-trabi.

Evita prodotti b’kimiċi żejda

Jekk tkun qed tħares lejn prodott u tara li fih parabens, phthalates u phenoxyethanol ipprova evitahom. Minflok mur għal prodotti ipoallerġeniċi ddisinjati biex inaqqsu r-riskju ta’ reazzjonijiet allerġiċi.

Agħżel prodotti li huma sostenibbli

L-ambjent hemm bżonn li nieħdu ħsiebu dejjem aktar, allura meta tkun qed tgħażel il-prodotti tal-ġilda ideali għat-tarbija tiegħek, ara li jkun prodott li jirrispetta l-ambjent. Dan ifisser li għandek tmur għal ditta li tiffoka fuq prattiċi sostenibbli meta tikseb l-ingredjenti filwaqt li tipproduċi kontenituri li jiffavorixxu l-ambjent.

Ikkunsidra d-ditta Mustela

Id-ditta Mustela tispeċjalizza fi prodotti tal-ġilda għal trabi, tfal u ommijiet u hija magħrufa mad-dinja kollha. Kienet stabbilita fi Franza fl-1950 u minn hemm bniet reputazzjoni bħala ditta li tiżviluppa prodotti li huma sikuri, effettivi u ġentili.

Id-ditta tipprovdi diversi prodotti ddedikati għal erba’ tipi ta’ ġilda differenti: normali, xotta, sensittiva u ġilda li tbati mill-eczema. Toffri prodotti apposta għat-tindif, kremi li jżommu l-ġilda idratata, prodotti li jgħinu fil-proċess tat-tibdil tal-ħrieqi u anke prodotti għall-ġilda għan-nisa tqal li jindirizzaw stretch marks u t-tisħiħ tal-ġilda.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com