Kif tipprepara ruħek għar-riżultati tal-eżamijiet ?
Issa li l-eżamijiet ta’ kull livell għaddew, l-istudenti u l-ġenituri tagħhom ikunu qegħdin bil-ħerqa jistennew li jaslulhom ir-riżultati. Din l-istennija taf tkun stressanti daqs, jekk mhux aktar mill-eżamijiet infushom. Għalhekk ikun tajjeb illi nippreparaw ruħna ħalli nnaqsu kemm jista’ jkun din l-ansjeta
Tajjeb li nżommu ruħna okkupati kemm nistgħu. B’ hekk ikollna moħħna qiegħed jaħseb fuq affarijiet oħra u ma noqgħodx nhewdnu dwar ir-riżultati. Sabiex inżommu ruħna okkupati, nistgħu nipprattikaw xi delizzju, nagħmlu aktar eżerċizzji, jew inkella noħorġu mal-familjari jew ħbieb.
Minkejja li hija ħaġa tajba li noħorġu mal-ħbieb, wieħed irid jevita diskussjonijiet mal-ħbieb dwar dawn l-eżamijiet. Il-probabbiltà hi li jispiċċaw tiddiskutu dwar kemm kien tqil l-eżami, u li probbabli m’ għaddejtux
Għalkemm varjazzjoni fil-ħajja hi ħaġa sabiħa, f’ dan iż-żmien stressanti huwa tajjeb li żżomm ma’ rutina. Rutina ittik sens ta’ stabbiltà u ta’ ħajja normali. B’ hekk hemm aktar ċans li tonqos l-ansjeta
Biex innaqqsu l-istess irridu naħsbu b’ mod pożittiv. Jekk jgħaddi ħsieb minn moħħna dwar riżultati u eżamijiet, tajjeb niftakru kemm studjajna għal eżami u kemm konna ippreparati
Żomm ruħek aġġornat. Jekk ħabbru d-data ta’ meta ħerġin ir-riżultati, kun afha ħalli mhux tispiċċa kuljum timla moħħok li ħerġin u timtela kollok stress minn jiem qabel
Jekk għaddej minn żmien veru stressanti, tkellem. Tkellem ma’ persuni li jistgħu jifhmuk u jagħtuk l-għajnuna
Awguri lil kulħadd. Ftakru li għal kull problema hawn soluzzjoni