Kif tispiċċa sena skolastika, narmi kollox
Hekk kif tintemm is-sena skolastika, it-tfal iġibu magħhom ammont ta’ affarijiet illi jkunu użaw matul dik is-sena. Għal xi xhur, dawn l-affarjiet mhux se jiġu bżonnhom. Imma dan ma jfissirx illi dawk l-affarijiet narmuhom, anzi għandna naraw x’ hemm minnhom li jistgħu jintużaw sabiex mhux biss innaqqsu l-ispiża għas-sena skolastika li jmiss, imma nibżgħu għall-ambjent
Dawn huma uħud mill-affarijiet li nistgħu nużaw fis-sena ta’ wara
Pitazzi/ A4 paper – Il-karti użati, sakemm ma tridx iżżommhom għal xi reviżjoni, għandhom jintremew fil-borża il-griżma. Il-karti vojta li baqa’ minn dak il- pitazz jistgħu jinżammu u jintużaw bħala rough paper
Tfal fis-sekondarja, flok pitazzi ħafna drabi jużaw karti A4. Jekk il-” ktieb” tal-karti għadu ma nħelix, tista’ tħalli l-vojta għas-sena li ġejja
Lapsijiet, bajrows, gomom u temprini – Dawk kollha li għadhom tajbin jistgħu jinżammu sena skolastika oħra. Billi jkunu użati, xorts jistgħu ikomplu jintużaw sakemm jasal tmiemhom. Il-ġodda joffru l-istess riżultat ta’ dawk li kellek. It-tfal mhux se jitgħallmu aktar għax il-kaless ikun ġdid. Aktar minn hekk, jekk tirriċikla it-tfal jibdew jitgħallmu l-importanza u l-valur ta’ kull oġġett
Kuluri – L-istess bħal affarijiet imsemmija hawn fuq. Jekk m’ għadhomx preżentabbli, ta’ lanqas żommhom biex it-tfal ipinġu bihom id-dar
Covers tal-plastik – Ħafna drabi il-kuluri li jkollhom bżonn ma jvarjax minn sena għal oħra. Għalhekk tajjeb li nżommu l-covers li mhux imqatta’ biex niffrankaw il-flus u nnaqqsu l-użu tal-plastik
Il-basket- basket ta’ l-iskola llum ma jiswiex ċuċata ta’ flus, anzi. La darba jkun għadu tajjeb, it-tfal jistgħu ikomplu jużawh fis-sena li jkun imiss. Jekk sar żgħir, tarmihx. Tista’ tużah għal xi attivitajiet extra kurrikulari bħal lezzjonijiet tal-privata
Ftakar li kull ħaġa li tarmi trid terġa tinxtara. Dak li hu tajjeb żommu